Reference: 716/2002

Judgement Details


Date
05/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SAMMUT EMANUEL ET vs SAMMUT JOSEPHINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - MANDAT KAWTELATORJU, FRIVOLOZITA` U VESSATORJETA` HUMA ELEMENTI IDENTICI GHALL-FINIJIET TAL-AZZJONI GHALL-PENALI U DIK GHAD-DANNI - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Summary
Mid-disposizzjoni tal-artikolu 836 tal-Kap. 12 (thassir ta' mandat kawtelatorju) jidher li l-unika ezami li trid taghmel il-Qorti huwa dak biss ta' prima facie, u dan ghaliex il-mertu kollu jigi nvestigat fil-kawza propja bejn il-partijiet, u ghalhekk hemm limitazzjoni sinifikanti fl-ezami li trid taghmel il-Qorti f'dan l-istadju, u dan tenut kont li hawn si tratta dejjem ta' procedura preliminari, li ghad qed tistenna l-ezitu finali tal-kawza proprja.

Sak li trid taghmel il-Qorti f'din il-procedura huwa biss sabiex tezamina prima facie jekk min hareg il-mandat kellu pretensjoni legalighall-istess, u dan indipendentement jekk tali pretensjoni hijiex fondata jew le peress li dan l-ahhar ezami jifforma l-mertu tal-kawza, li il-Qorti bil-procedura premessa, ovvjament ghandha thalli fil-gudizzju taghha, jew ta' Qorti ohra, ghall-ezitu tal-kawza.

Mhux kull min jitlef kawza li jkun fetah wara l-presentata ta' Mandat kawtelatorju jkun awtomatikament passibbli ghad-danni jew ghall-penali, izda jrid jirrizulta li dak li talab u ottjena l-hrug tal-Mandat kawtelatorju, ancorche'titlef il-kawza li fetah in sostenn tal-Mandat, ikun agixxa in mala fede jew vessatorjament.

Jekk Mandat mhux frivolu u vessatorju ghal fini ta' penali, ma jistax jitqies mod iehor ghall-finita' danni, meta kemm it-talba ghad-danni kif ukoll dik ghall-penali huma bbazati fuq l-istess ragunijiet (fil-fatt, is-subartikolu 9 tal-artikolu 836, li jitkellem fuq responsabbilita' ghad-danni, tirreferi ghall-"kazijiet li jaqghu taht is-subartikolu ta' qabel", dawk, cioe', li jistghu isejsu azzjoni ta' penali, bhala bazi li fuqhom tista' tirnexxi dik l-azzjoni).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info