Reference: 102/1994/3

Judgement Details


Date
28/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MALLIA RAYMOND NOE vs MIZZI MARTIN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, RESPONSABILITA` TAL-APPALTATUR GHAL MATERJALI UZATI - PROVA, META RAPPORT PERITALI JISTA` JIGI SKARTAT - PROVA, RAPPORT PERITALI
Summary
Min jintraprendi bicca xoghol hu obbligat u jitqies dejjem responsabbli li jaghti opra sodisfacenti.

Din ir-responsabilita` tikkolpixxi mhux biss xoghol hazin imma anke xoghol ezegwit b'materjal hazin. Tant dan hu hekk li dejjem skond gurisprudenza affermata l-appaltatur hu tenut jiggarantixxi l-bonta` tax-xoghol tieghu kif ukoll il-bonta` tal-materjal adoperat.

Il-konsiderazzjonijiet u opinjonijiet esperti jikkostitwixxi prova ta' fatt u allura, bhal materjali istruttorji ohrajn,kontrollabbli mill-gudikant. Tant dan hu hekk illi l-Artikolu 681 tal-Kapitolu 12 jipprovdi li l-Qorti ma hijiex tenuta jew marbuta li taccetta l-konkluzjonijiet tar-rapport tal-perit kontra l-konvinzjoni taghha nfisha. Il-Qorti pero` ma tistax tiskarta l-opinjoni ta' perit tekniku b'mod legger jew kapriccjuz. Anzi, kellu jinghata piz debitu lill-fehma teknika ta' l-espert nominat billi l-Qortima kelliex leggerment tinjora dik il-prova meta din tkun tesprimi l-"giudizio dell'arte" tal-perit tekniku.

Id-difetti fl-ezekuzzjoni ta' l-appalt ma jirrendux l-appaltatur inadempjenti imma jaghtu biss dritt lill-appaltant li jitlob li dawk id-difetti jigu riparati, meta d-difetti ma jkunuxessenzjali. Ghalhekk meta d-difetti ma jkunux sostanzjali l-appaltant ma ghandux dritt jitlob ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt.

Maggorment, imbaghad, dan it-taghlim jircievi applikazzjoni fejn l-appaltant, u dan ighodd ukoll ghax-xerrej, nonostante li jkun jaf b'dawk id-difetti jissokta jaghmeluzu ghal bosta snin mill-istess oggett li dwaru jippretendi li jezistu mankamenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info