Reference: 31/1998/2

Judgement Details


Date
02/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEMANUELE EMANUEL ET vs FAST FOOD SERVICES LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU
Summary
Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa ammess biss fil-kazijiet tassattivament stabiliti mill-ligi, peress illi f'kull kaz iehor ghandha tipprevali l-istabilita` tal-gudikat li biss tista' ttemm il-kawza.

Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni hu ta' indoli straordinarja, lummeggjat dan il-karattru straordinarju bl-istorja ta' dan l-istitut, bil-konsegwenza logika illi r-regoli li jiggovernaw l-istess istitut huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest tar-ritrattazzjoni, il-litigant sokkombent ikun jista' jerga' jiftah il-kawza, u b'hekk indirettament jinholoq tribunal tat-tielet istanza.

Is-subinciz (e) ta' l-Art 811 tal-Kap 12 li fuqu s-socjeta` ritrattandi qedtibbaza t-talba ghas-smiegh mill-gdid jipprovdi illi tista' tigi milquta talba bhal din "jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin". Il-ligi fil-fatt timponi din il-limitazzjoni u tghaddi biex tiddefiniha bil-mod segwenti:-

Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwestjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-qorti tkun espressament tat decizjoni.

Minn din id-disposizzjoni jitnisslu dawnir-riflessjonijiet:-

1. Il-qorti f'gudizzju ta' ritrattazzjoni ma tistax tindaga, bhal fil-kaz ta' appell regolari, dwar il-fatti hekk kif stabiliti mill-qorti kienux korretti jew le; izda biexjigi stabiliti jekk kienx hemm applikazzjoni zbaljata tal-ligi trid tittiehed bhala unika bazi il-fatt hekk kif stabilit mill-qorti fis-sentenza attakkata;

2. Gudizji ta' mera interpretazzjonita' fatt dubjuz jew kontrovers, ossia gudizji li bihom il-gudikant, minhabba t-tenur ta' att interpretativ tal-volonta` dubjuza u oskura tal-partijiet, huma gudizji sovrani tal-gudikant li jkun iddecieda l-mertu u mhux censurabbli in gudizzju ta' ritrattazzjoni;

3. Irid jigi provat li giet applikata l-ligi hazina u mhux il-ligi tajba b'mod hazin.

Is-subinciz (i) ta' l-Art. 811, jaghti lok ghal smiegh mill-gdid tal-kawza "jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin".

Sabiex tintlaqa' t-talba ghar-ritrattazzjoni taht dan il-paragrafu huwa mehtieg li tali kontradizzjonijiet jigu riskontrati fil-parti disposittiva tas-sentenza u mhux fil-parti motivazzjonalijew bejn il-parti motivazzjonali u dik disposittiva.

L-inkonsistenza fid-disposizzjonijiet kellha essenzjalment tokkorri f'dawk l-elementi li flimkien jikkostitwixxu d-decide tas-sentenza u kellha tkun wahda gravi illi tirrendi l-gudikat incert jekk mhux adirittura inkomprensibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info