Reference: 1117/1996/1

Judgement Details


Date
30/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
GOLLCHER WILFRED KARL ET vs ROYAL OVERSEAS LEAGUE ST. GEORGE'S CLUB
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN CESSJONI U SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, SENTENZA LI TORDNA L-IZGUMBRAMENT FIL-KONFRONTI TA` INWKILIN MA TAGHMILX STAT FIL-KONFRONT TA` SUBINKWILIN LI MA KIENX PARTI FIL-KAWZA - LOKAZZJONI, TITOLU TA` SULLOKAZZJONI JINTEMM FLIMKIEN MAT-TITOLU TA` INKWILINAT LI MINNU JIDDERIVA
Summary
Is-sullokazzjoni a differenza ta' cessjoni ta' drittijiet, tohloq kuntratt gdid ta' kiri, li ghalihsid il-kera principali huwa totalment estraneu, u li huwa nettament distint mill-kuntratt orginali tal-kirja principali; u ghalhekk, quddiem sid il-era, is-sub inkwilin huwa terza pesuna.

Kifinhu risaput, mat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, jispiccaw awtomatikament is-sullokazzjonijiet li kienu dependenti fuqha u li ma kienux rikonoxxuti mill-lokatur, jew mis-sid, skond il-kaz.

Hu ovvju li legalment (l-inkwilin/a originali) ghandu kull dritt fi kwalunkwe zmien li tirrinuzja ghall-lokazzjoni, anke jekk b' daqshekk kienu sejrin jigu pregudikati d-drittijiet ta' detenzjoni (tas-subinkwilin). Jekk moralment messux sar hekk hi kwistjoni ohra. U ladarba spicca it-titolu tal-(inkwilin originali) bhala inkwilin, spicca wkoll it-titolu derivattiv tas-sub inkwilin mhux direttament rikonoxxut mis-sid.

In sintezi allura jista' jinghad illi:

1. Illi s-sullokazzjoni hijakirja gdida, awtonoma u estranea ghall-kirja originali.

2. Illi malli tigi terminata l-kirjaoriginali, jispicca t-titolu tal-inkiwlin originali u per konsegwenza u awtomatikament jispicca it-titolu derivattiv mit-titolu originali.

3. Illi huwa mmaterjali l-mod kif tigi terminata l-kirja originali, jekk hux volontarjament da parti tal-inkwilin originali u cioe' br' rinunzja, jew inkellha, bhal fil-kaz prezenti, b' imposizzjoni mill-awtorita' gudizzjarja. Il-fattur principali, anzi vitali, huwa il-fatt tat-terminazzjoni tat-titolu originali tal-inkwilin. Gia la darba ssehh dinit-terminazzjoni, it-titoli derivanti minnha jispiccaw.

4. Illi dawn il-principji jappplikawkemm il-darba il-lokatur originali jew sid il-kera principali ma jkunx irrikonoxxa lis-sub inkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info