Referenza: 295/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BORG CACHIA MELANIE vs BORG JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, IMPOTENZA - ZWIEG, MHUX KULL ZBALL TA` GUDIZZJU JAMMONTA GHAL DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 19 (1) (a) tal-Kap. 255 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li z-zwieg ikun null "jekk il-kunsens ta' xi wahda mill-partijiet ikun inkiseb bi vjolenza, sew fizika, sew morali, jew b'biza'".

Illi ghalkemm il-kuncett ta' "vjolenza" u "biza" huma relatati, ghaliex effettivament il-"biza" hija l-effett tal-"vjolenza", l-artikolu 19 (1) (a) jikkunsidrahom separatament.

Il-vjolenza fizika jew morali hija pressjoni ezercitata minn agent estern fuq persuna li tkun ser tizzewweg sabiex b'hekk jigu influwenzati l-azzjonijiet taghha. Il-biza hija l-effet li l-forza fizika jew porali tinduci f'mohh il-persuna.

Biex pressjoni ndipendentement minn konsiderazzjonijiet ohra, tista' tinvalida l-kunsens matrimonjali, din il-pressjoni tammonta ghal vjolenza morali jew biza'esterna ta' natura irrezistibbli, cjoe' trid tkun pressjoni li ddeterminat kompletament l-ghoti ta'dak il-kunsens.

Il-gurisprudenza nostrana stabbilit illi l-elementi essenzjali ghal biza humatlieta, u cjoe':-

a) fl-ewwel lok trid tkun gravi;

b) fit-tieni lok, il-persuna liqed jezercitaha irid ikun kapaci, presumevolment li jezegwixxi dak li jhedded li jaghmel; u

c) fit-tielet lok il-biza trid tkun mottiv principali ghaliex il-persuna tasal li tizzewweg, biex tevita l-konsegwenzi tat-theddid.

L-artikolu 19 (1) (d) tal-Kap 255 dan jikkontempla illi:-

"zwieg ikun null jekk il-kunsens ta' xi wahda mill-partijiet ikun vizzjat b'difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju fuq il-hajja mizzewwga, jew fuq id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali taghha, jew b'anomalija psikologika serja li taghmilha mpossibbli ghal dik il-parti li taqdi l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg".

Il-persuna li tat il-kunsens trid tkun qed issofri minn immaturita' affettiva jew semplici njoranza. B'dan l-artikolu, il-legislatur ma riedx ifisser semplicement kwalsiasi stat ta' mmaturita' fil-mument li jinghata l-kunsens reciproku, izda dan in-nuqqas tad-discretio judicii huwa kuncett guridiku ntrinsikament marbut mal-kapacita' ta' parti jew ohra fiz-zwieg li taghti kunsens liberu u xjenti taghha ghar-rabta taz-zwieg.

Il-gurisprudenza nostranassegwi din l-interpretazzjoni - ghalhekk id-difett irid ikun wiehed serju fil-fakolta' kritiko-estimativa tal-parti, difett li wiehed jevalwa u jifhem u jassumi dawk li huma d-drittijiet u dmirijiet essenzjali taz-zwieg, jew li jevalwa u jifhem x'inhu z-zwieg u l-hajja mizzewga.

Ghalkemm l-artikolu 19 (1) (d) ma jaghtix definizzjoni ta' x'inhuma l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg, il-Qrati nostrali stabbilew li dawn huma dawk l-elementi li dejjem gew ritenuti bhala obbligazzjonijiettal-hajja mizzewga u cjoe' dik l-unjoni permanenti, esklussiva w irrevokabbli, diretta ghal komunjoni ta' hajja u prokreazzjoni u trobbija tal-ulied.

L-immaturita' ghalhekk ma ghandhiex tigi nterpretata bhala "difett serju fid-diskrezzjoni tal-gudizzju..". Li kieku l-legislatur kien qed jirrikjedi li kull parti fiz-zwieg tkun akkwistat maturita' shiha u perfetta, tkun qed twassal ghan-nullita' taz-zwigijiet kollha li jigu celebrati hawn Malta.

B'difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju, il-legislatur ma riedx ifisser semplicement kwalsiasi stat ta' immaturita' li parti jew ohra fiz-zwieg tista' tkun fiha fil-mument li jinghata l-kunsens reciproku. Li kieku l-legislatur irrikjeda maturita' shiha u perfetta, ftit jew addirittura ebda zwieg ma kien ikun validu. In-nuqqas ta'discretio judicii hu kuncett guridiku intrinsikament marbut mal-kapacita' ta' parti jew ohra fiz-zwieg li taghti l-kunsens liberu u xjenti taghha ghar-rabta taz-zwieg.

Ghalhekk ghaz-zwieg m'hemmx bzonn li parti jkollha xi livell gholi ta' maturita', izda ta' l-anqas il-livell irid ikun tali li dik l-istess parti tkun kapaci taghmel valutazzjoni shiha, ponderata u libera dwar iz-zwieg u dwarid-drittijiet u dmirijiet essenzjali taz-zwieg.

Illi jista' wkoll jinghad li d-discretio iudicii huma fformat minn tliet elementi bazici li gew ben definiti minn M.F. Pompedda:-

Id-diskrezzjoni tal-gudizzju timplika tliet aspetti: (a) konoxxenza intellettwali sufficjenti ta' l-oggetttal-kunsen; (b) li wiehed jilhaq valutazzjoni sufficjenti proprozjonata ghaz-zwieg, jigifieri konoxxenza kritika; u (c) liberta` interna, jigifieri kapacita` li tiddeciedi b'valutazzjoni sufficjenti tal-motivi u b'awtonomija tar-rieda minn kull impuls intern determinanti.

L-artikolu 19 (1) (e) jikkontempla n-nullita` taz-zwieg "jekk xi wahda mill-partijiet jkun impotenti, sew jekk dik l-impotenza tkun assoluta jew relattiva, izda biss jekk dik l-impotenza tkun tezisti qabel iz-zwieg."

Wahda mill-elementi essenzjali fiz-zwieg huwa li jkun hemm relazzjonijiet intimi bejn il-koppjammirati ghal prokreazzjoni tat-tfal. Jekk jonqos dan l-element, ghalhekk il-ligi taz-zwieg tikkontempla li dan ghandu jwassal ghal annullament taz-zwieg, pero' biss jekk jigu sodisfatti d-diversi kundizzjonijiet specifikati fil-ligi.

Il-ligi nostrana ppreferiet taddotta l-kuncett ta' mpotenzabhala raguni ghal annullament taz-zwieg skond id-duttrina tradizjonali taz-zwieg, u cjoe' li l-attsesswali huwa wiehed mill-elementi essenzjali fiz-zwieg u dan kuntrarjament ghal kuncett applikat fil-ligi Franciza u l-ligi Taljana li segwew id-duttrina li l-att sesswali mmirat ghal prokreazzjoni tat-tfal mhux element essenzjali, izda huwa wiehed mill-elementi socjali li jgib mieghu z-zwieg.

Ma tezistix definizzjoni precisa tal-kelma "impotenza", izda l-ligi Kanonika, kif ukoll civilistimaghrufa jiddistingwu bejn "impotenza coeundi" u "impotenza generandi".

L-Att Dwar iz-Zwiegma jiddistingwix bejn impotentia coeundi u impotentia generandi. B'referenza ghal artikolu 19 fl-AttDwar iz-Zwieg qabel ma saru l-emendi fl-1981, kien hemm dispozizzjoni ad hoc li kienet tirregola l-impotentia generandi u cjoe' l-isterilita'. Pero' din id-dispozizzjoni m'ghadhiex tezisti u ghalhekkwiehed jista' jinterpreta l-artikolu 19 (1) (e) fis-sens li tillimita ruhha ghal impotentia coeundi.

L-impotenza kif ikkontemplata fl-artikolu 19 (1) (e) trid tkun assoluta jew relattiva. L-impotenza hija assoluta meta l-impotenza tal-parti hija relatata ma' kwalunkwe persuna. Hija relattivameta l-impotenza tezisti biss fil-konfront ta' parti l-ohra.

L-impotenza trid ukoll tezistiqabel iz-zwieg. F'dan il-kuntest gie stabbilit li huwa bizzejjed jekk l-impotenza tezisti mal-ewwelrelazzjoni intima bejn il-partijiet. M'huwiex rikjest li jigi ppruvat li l-parti kienet impotenti fir-relazzjonijiet sesswali tieghu qabel iz-zwieg.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni