Referenza: 378/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MALLIA ANTONIA vs SCHEMBRI AGOSTINO SIVE WINSTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA` - HAJT DIVIZORJU, ESTENSJONI TA` - HAJT DIVIZORJU, XOGHOLIJIET FI
Fil-Qosor
L-Artikolu 320 tal-Kodici Civili jipprovdi illi kull persuna ghandha l-jedd tgawdi hwejjigha bil-modl-aktar assolut.

F'sistema ta' Dritt dan il-jedd pero` jsofri l-limitazzjonijiet tieghu bl-iskop salutari li, kif garantit mill-istess disposizzjonijiet, jigu mharsa u salvagwardati l-jeddijiet tat-terzi. Effettivament l-istess Artikolu 323 jahseb ghal dawn il-limitazzjonijiet fis-"saving"tieghu rigwardanti s-servitujiet praedjali u d-disposizzjonijiet dwar il-fortifikazzjonijiet u xoghlijiet ohra ta' difiza. "Hemm. imbaghad, diversi ligijiet ohra, oltre dawk relativi ghas-servitujietkontenuti fil-Kodici Civili u l-ligijiet dwar id-difisa, illi jirrestringu b'mod jew iehor id-drittassolut tal-proprjeta` fl-interess pubbliku jew fl-interess socjali jew biex jikkonciljaw b'mod aktar konfacenti ma' l-esigenzi tal-lum id-drittijiet privati.

Min jakkwista l-komunjoni tal-hajt huwa tenut jirrispetta x-xoghlijiet kollha maghmula anterjorment fl-istess hajt.

Il-kompropjetarju li jkun irid jgholli l-hajt komuni jrid ihallas l-ispejjez mehtiega ghall-inalzament u tal-manteniment tal-estensjoni 'l fuq mill-hajt komuni, izda wkoll irid ihallas l-ispejjez mehtiega sabiex il-hajt komuni jkun jista' jigi rinforzat jew rikostruwit.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni