Reference: 6/2002/1

Judgement Details


Date
15/05/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ZARB NAZZARENO SIVE RENO vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Summary
Gurisprudenza antika tirritjeni li kawza kostituzzjonali tista' tipprocedi anke fl-assenza ta' legittimu kontradittur, ghax dak li hu mportanti, f'kawzi simili, huwa r-rimedju mhux min jissejjah intimat. Il-Qorti hawnhekk sostniet pero', li anke fi proceduri kostituzzjonali ghandu jkun hemm intimat,ghalkemm fid-dawl tad-duttrina ricenti li jkun hemm aktar flessibilita' fil-procedura u li ghandhatinghata interpretazzjoni aktar wiesgha lill-artikolu 175 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, dan ir-rekwizit m'ghandux, hlief eccezzjonalment, ikun ta' ostakolu definittiv ghal prosegwiment tal-kawza.

Fi proceduri kostituzzjonali fejn qed jigi allegat dewmien fi proceduri ordinarji, il-legittimu kontradittur huwa l-Istat rapprezentat mill-Avukat Generali.

Jekk ma jigix muri, li fil-fatt, kien hemm vjolazzjoni vera u reali, ma jistax jitqies li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, specjalment meta l-akkuzat kellu rimedji ohra ordinarji li ma wriex disponibilita'li jaghmel uzu minnhom. Jekk persuna thoss li d-drittijiet fundamentali taghha qed jigu pregudikati, ghandha titkellem mill-ewwel jew mal-ewwel opportunita', u mhux thalli l-process ghaddej u tippartecipa fl-istess process, u wara tilmenta li ma kellhiex smigh xieraq.

L-ordinament guridikuta' pajjiz ghandu jinghata l-istess opportunita' li jsolvi l-problemi u n-nuqqasijiet li l-operazzjoni taghhu jista' johloq, u jkun hemm ingustizzja kbira u nsult lis-sistema guridika tal-pajjiz, jekkdak li jkun ma jitlobx rimedju ordinarju biex wara jitlob li jhassar il-process kollu billi jitlobrimedju straordinarju. Is-sistema guridika mhux qieghda hemm biex tigi abbuzata u manipulata biex dak li jkun jiehu vantagg a skapitu tal-gustizzja.

Kull akkuzat fi proceduri kriminali ghandu,veru, dritt ghal smigh xieraq, izda hu ghandu dmir jikkawtela l-interessi tieghu u joggezzjona metajhoss li l-process qed ikun ta' pregudizzju ghalih; fin-nuqqas, rimedju straordinarju ma jkunx esperibbli.

Kemm il-Konvenzjoni Ewropea kif ukoll il-Kostituzzjoni trid li l-Qorti tkun indipendenti u imparzjali, u ma tghid xejn dwar il-periti li l-Qorti tista' tahtar biex jassistuha fl-istharrig taghha. Il-ligi trid li l-indipendenza tigi riflessa fil-Qorti, ghax id-decizjoni finali hi f'idejn il-Qorti mhux f'idejn il-periti. Fi kliem iehor, ghalkemm il-Qorti solitu li ssegwi l-pariri li jaghtuha l-esperti minnha mahtura, dawn jibqghu biss opinjonijiet, u d-decizjoni li taffettwa l-liberta' tal-akkuzat tehodha l-Qorti, u l-Qorti biss. Il-Qorti ghandha dmir tgharbel sew l-opinjonijiet tal-esperti maqbuda minnha, imma tista' tinjora dawk l-opinjonijiet u ticcensurahom jekk ma jkunux qdew l-inkarigu lilhom moghti skont kif titlob il-ligi. Il-kelma finali hija f'idejn il-Qorti, u hijadin li, skont il-Konvenzjoni u l-Kostituzzjoni, trid tkun indipendenti u mparzjali.

Fuq danil-principju l-Qorti ddistakkat ruhha minn gudikat precedenti fejn kien gie sostnut li esperti mahtura minn fost membri tal-Korp tal-Pulizija ma jistghux jitqiesu bhala indipendenti u allura kienu jledu l-principju ta' smigh xieraq.

Biex jigi determinat jekk is-smigh f'xi proceduri quddiem il-Qorti sarx fi zmien ragjonevoli kif mitlub mill-artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni u mill-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea, wiehed irid iqis ic-cirkostanzi kollha partikolari f'dawk il-proceduri,u b'mod partikolari:
1) in-natura u/jew komplessita' tal-kaz in kwistjoni,
2) il-kondotta tal-partijiet fil-kawza, u
3) il-mod kif dawk il-proceduri gew trattati u kondotti mill-awtorita' gudizzjarja stess.

Ghar-rigward tar-ragonevolezza tad-dewmien ghandha ssir distinzjoni bejn process kriminali u dak civili, ghax fejn il-liberta' jew il-gih tal-persuna jkunu in issue, hu mportanti li l-kwistjoni ma titwalx aktar milli hu necessarju, u fil-waqt li fil-process civili, wiehed jista' jaccetta certu dewmien, dan m'ghandux ikun permess meta hemm imdendla kontra persuna akkuza ta' natura kriminali. Ovvjament, kollox hu relattiv u kollox ghandu jitqies fil-kuntest tac-cirkostanzi partikolari tal-kaz li jistghu jwasslu ghar-ragonevolezza taz-zmien li ttiehed biex jigi determinat il-kaz in kwistjoni.

Biex id-dewmien jaghti lok ghall-ksur tad-dritt fondamentali tal-akkuzat,dak id-dewmien irid ikun "irragjonevoli".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info