Reference: 999/1998/2

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CUTAJAR MICHAEL vs MUSCAT ROBERTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, QERQ - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
L-Artikolu 811(e) tal-Kap. 12 jipprovdi ghar-rimedju ta' ritrattazzjoni "jekk is-sentenza tkun applikat il-Ligi hazin"

Ikun hemm lok ghar-ritrattazzjoni taht dan id-dispost meta s-sentenza fuqpunt ta' fatt kif stabbilit bis-sentenza impunjata ma tkunx konformi mal-ligi, u meta l-kaz ma jkunxin referenza ghall-interpretazzjoni ta' xi ligi li fuqha d-decizjoni giet espressament moghtija.

L-ipotesi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi tikkonkreta ruhha meta jkun hemm vjolazzjoni manifesta ta' ligi espressa u cara u mhux soggett ghall-interpretazzjoni, razjocinji jew argomenti.

Jista' jkun hemm lok ghar-ritrattazzjoni taht dan is-subinciz jekk il-Qorti tkun applikat artikolutal-ligi flok iehor li kellu jkun proprjament applikat u gie ritenut li kien infatti ghalhekk li l-artikolu 816 tal-Kap 12 meta jispecifika x'ghandu jkun fih l-att promotur ta' ritrattazzjoni jghid espressament, li meta r-raguni ta' ritrattazzjoni hija l-applikazzjoni hazina ta' ligi l-attur ghandujsemmi l-ligi li kien imissha giet applikata.

Huwa pacifiku illi biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi wiehed ma jistax jezamina mill-gdid il-fatti tal-kawza jew jerga'jinterpretahom.

L-Artikolu 811(l) tal-Kap. 12 jipprovdi ghal ritrattazzjoni meta "s-sentenzakienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza."

Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu jitqies li hemm zball fil-kaz ta' decizjoni bazata fuq supposizzjonijiet ta' xi fatt li l-verita` tieghu tkun bla ebda dubju eskluza jew fuq is-supposizzjonijiet li ma jezistix xi fatt illi l-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament basta li f'kaz ta' wiehed u l-iehor, il-fattma jkunx punt ikkontestat u li jkun gie deciz bis-sentenza.

Huwa mehtieg li l-fatt ma jkunxikkostitwixxa punt kontrovers bejn il-partijiet u deciz fis-sentenza, ghaliex kieku l-partijiet ittrattaw dak il-punt ta' fatt bhala mezz jew argument ta' azzjoni jew difiza u s-sentenza appellata kienet tikkontjeni menzjoni tal-punt kontrovers u tkun laqghet jew cahdet dak il-mezz jew argument ma jkunx jista' jitqies li l-fatt kien immun mill-kontroversja u l-anqas li l-imhallef ma kienx induna b'dak l-istess fatt.

Ghal precizazzjoni tal-punt ta' dritt f'dan il-kuntest gie rilevat ukollilli ma hemmx lok ghal ritrattazzjoni meta l-izball jimmanifesta ruhu jew jitqies li jezisti fil-kriterji u fil-karattri jkun gie mifhum mill-gudikant, ghaliex l-apprezzament u l-interpretazzjoni ta'fatt jikkostitwixxu l-konvinciment insindakabbli ta' l-imhallef.

L-izball irid ikun wiehed materjali. Billi l-argumentazzjoni kontentuta fis-sentenza tindika li kieku l-Qorti m'ghamlitx dak l-izball xorta wahda kienet tasal ghall-istess decizjoni, dak l-izball m'ghandux ir-rekwiziti essenzjali, skond il-ligi, sabiex fuqu tkun ibbazata r-ritrattazzjoni tal-kawza.

L-Artikolu 811(a) tal-Kap. 12 jipprovdi li hemm lok ghal ritrattazzjoni jekk is-sentenza "tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra."

L-inkorrettezza u l-inesattezza ta' dokumenti prodotti in prova u li jifformaw il-bazi tal-gudizzju ma jikkostitwux il-qerq mehtieg ghall-finijiet tar-ritrattazzjoni.

Essenzjalment il-qerq jaghti biss lok ghar-ritrattazzjoni meta tali qerq kien tali li minghajrhom il-kontro-parti ma kienetx tigi kundannata.

Il-qerq allura kellu jkun talili jippriva lir-ritrattand mid-dritt li adegwament jiddefendi ruhu fil-kawza. Kellu allura jkun tali li qabel xejn ma setax jigi verifikat u kontrollat matul it-trattazzjoni taghha. Dan ghaliex taliverifika kellha ssir fiz-zmien proprju tal-process,u cioe` meta jkunu qeghdin jingabru l-provi.

L-ommissjoni jew l-insufficjenza fid-difiza mhix gustifikazzjoni valida ghar-ritrattazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info