Referenza: 1614/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
TESTA MARIO vs THEUMA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, PERFEZZJONAMENT TAL-KUNTRATT - PRESKRIZZJONI, CONTRA NON VALENTEM AGERE NON CURRIT PRESCRIPTIO - PRESKRIZZJONI, FOTOGRAFU - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN
Fil-Qosor
Il-kuntratt ta' bejgh jigi perfezzjonat appena jkun hemm ftehim fuq l-oggett tal-bejgh u fuq il-prezz. Il-proprjeta` ta' l-oggett tghaddi fil-mument tal-konkluzjoni tal-bejgh.

Huwa biss in rapport ghad-drittijiet tat-terzi illi fil-kaz ta' hwejjeg mobbli l-proprjeta` ma hijiex trasmessa hliefbit-"traditio" jew il-konsenja.

L-Artikolu 2137 tal-Kap 16 jiddisponi illi "l-preskrizzjonita' azzjoni tibda minn dakinhar li din l-azzjoni tista' tigi ezercitata, minghajr ma jittiehed qiesta' l-istat jew tal-kondizzjoni tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss".

L-impossibilta` liwiehed jagixxi trid tkun impossibilita` indipendenti mill-volonta` tieghu, dovuta ghal kawza estranea, li huwa ma setax jirrimwovi. Is-semplici injoranza tad-dritt, fiha nfisiha, mhiex impediment ta' din ix-xorta.

It-tip ta' servizz offrut minn fotografu jannovera ruhu fost is-snajja precizati fl-Art 2148 (a) tal-Kodici Civili in kwantu x-xoghol u prodott tieghu hu rapprezentazzjoni mekkanika ta' fatti u grajjiet. Li jfisser li l-fotografu hu ragjonevolment inkluz fil-frazi "ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni