Reference: 1178/1998/1

Judgement Details


Date
01/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
CYBERTON LIMITED vs FELICE JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, MHUX KOMPETENTI LI JIEHU KONJIZZJONI TA` KWISTJONIJIET TA` NATURA KONTRATTWALI - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
Huwa pacifikament rikonoxxut illi l-Qrati Ordinarji ghandhom gurisdizzjoni biex jissindikaw l-operatu d-decizjonijiet tat-Tribunal Industrijali bil-ghan li jigi stabbilit jekk dan agixxiex skond is-setghat moghtija lilu bil-ligi.

Din il-gurisdizzjoni pero' hija limitata ghal meta it-tribunal fl-operat tieghu jmur ultra vires s-setghat moghtija lilu bil-ligi; u/jew ghal meta ma jassikurax li l-gustizzja issir skond il-meriti tas-sustanza tal-kaz; u li din tkun bla hsara ghar-regoli tal-gustizzja naturali; u/jew meta d-decizjoni tat-Tribunal tkun kontra xi ligi miktuba, jew xi att iehor li jkollu forza ta' ligi, li jirregola l-pagi u pattijiet u kondizzjonijiet ohra ta' impieg.

It-Tribunal Industrijali ghandu gurisdizzjoni limitata li jaghti zewg rimedji: ir-reinstatement fl-impieg u l-kumpens finanzjarju. Minn imkien fil-ligi ma johrog li t-Tribunal, fid-decizjoni tieghu dwar ir-rimedju li jista' jghati, ghandu wkoll is-setgha li jbiddel jew inehhi jew jiddikjara blaeffett xi wahda mill-Artikoli tal-kuntratt ta' l-impieg jew il-kundizzjonijiet fih stipulati.

Il-funzjoni tat-Tribunal hija limitata biex tiddeciedi jekk kienx il-kaz ta' tkeccija gusta jew le; u fir-rimedju li taghti, huwa marbut bit-termini tal-Artikolu 33. It-termini tassattivi impjegatif' dan l-Artikolu ma jhalli ebda diskrezzjoni fl-ghazla tar-rimedju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info