Referenza: 1284/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FELICE PACE JOSEPH NOE vs ABELA GODWIN NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GATE PASS OUT, VALUR PROBATORJU TA` - GURISDIZZJONI, ECCEZZJONIJIET GHAL ESKLUZJONI TA` - GURISDIZZJONI, PERMISSIBILITA` TA` ESKLUZJONI - TALLY SHEET, VALUR PROBATORJU TA`
Fil-Qosor
It-Tally Sheet u l-Gate Pass Out ghandhom ikunu decizivi u jorbtu l-partijiet kollha fil-kawza li ghandhom l-opportunita` f'waqtha, a tempo vergine, li jikkontrollaw u jipprecizaw ir-registrazzjoni ta' l-istat ta' fatt.

Dwarhom jinghad illi spiss ghandhom valur probatorju determinanti billi jiccertifikaw a tempo debito l-istat tal-merkanzija meta tkun qeghda fl-istadju tat-trasport, hatt ukonsenja minn parti ghall-ohra involuta fil-garr taghhom..

B'danakollu, kif hekk pacifikamentritenut, il-prova li joholqu dawn id-dokumenti hi wahda juris tantum ta' dak li jindikaw bhala l-verita`.Fi kliem iehor hija prova ribattibbli jekk u kemm-il darba naturalment, jitressqu provi kuntrarji ghal dak li jkun gie mnizzel, jew naqas milli jigi mnizzel fl-istess dokumenti. Tajjeb li jigi precizat pero` li f'dan l-istess kuntest gie mwissi illi provi a posteriori ta' dawk iz-zewg mumentikrejati bit-tally sheet u l-gate pass out ma ghandhomx valur kontra l-presunzjoni juris tantum li dawk id-dokumenti huma veri u awtentici; dokumenti kompilati tempestivament u fil-mument opportun.

Il-Qrati taghna dejjem ammettew il-validita` ta' klawsoli ta` gurisdizzjoni, ikkunsidrati c-cirkostanzi, jkun jidher li l-partijiet tassew riedu din il-klawsola.

Allavolja jkun hemm klawsola ta` gurisdizzjoni, il-Qrati taghna ghandhom gurisdizzjoni meta tkun kwestjoni ta' atti ta' avarea,jew ta' verifiki ta' danni li ma tistax issir hlief hawn Malta; jew almenu ma tistax issir quddiemit-tribunal ta' barra ahjar, u b'anqas spejjez, u f'anqas zmien milli quddiem it-Tribunal taghna.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni