Reference: 728/1979/2

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI PAUL vs GLANVILLE JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, CLUB - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, META S-SID IFITTEX PRETEST BIEX JITTERMINA L-KIRJA
Summary
Fi kwestjonijiet ta' xoljiment tal-kirja l-kompetenza hi dik tal-Qrati ordinarji u mhux tat-tribunalspecjali u hi l-Qorti li ghandha tezamina u tiddeciedi jekk tabilhaqq l-inkwilin ivvjolax xi kondizzjoni tal-lokazzjoni u konsegwentement jekk iddekadiex mill-kirja.

L-inkwilin li ma juzax il-fond skond id-destinazzjoni tieghu u bhala missier tajjeb tal-familja jonqos mill-obbligi tal-kirja;u dan in-nuqqas jista' jaghti lok ghax-xoljiment tal-lokazzjoni u ghall-izgumbrament konsegwenzjali.

Meta f'kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car, jew posterjorment ghall-kuntrattjintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li hemm bzonn tigi maqtugha, allura l-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni; u din ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkuntidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.

Bi "club" hu meqjus dak il-lokal fejn il-membri jespletaw l-attivita` taghhom biex jiltaqghu u jirrikrejaw ruhhom.

anke fejn espressament il-ftehim jipprovdi ghal divjet fl-uzu tal-fond lokat - li ma huwiex il-kaz hawnhekk - xorta wahda jekk it-tibdil fl-uzu jkun qed isir bil-konoxxenza u akkwiexxenza tas-sid, dan ma jammontax ghal ksurkontrattwali. Dan ghaliex hu ritenut li patt miftiehem fi skrittura jista' jigi varjat jew rinunzjat bil-kunsens, anke tacitu, tal-partijiet meta l-kitba mhix obbligatorja skond il-ligi.

l-espressjoni "club" hi wahda cara u minghajr rizervi jew restrizzjonijiet. Li jfisser illi l-konvenzjoni ghandha tigi nterpretata skond is-sens letterali taghha. Mhux lanqas ozjuz li jinghad li, stabbilit il-principju nkonkuss, logiku u naturali, li r-rabta tal-konvenzjonijiet titnissel necessarjamentmill-unjoni tal-kunsens tal-kontraenti, il-konsegwenza hija li l-kliem tal-konvenzjoni ghandhom (1)jassumu s-sens li l-partijiet li jkunu ntrabtu jkunu manifestament riedu jaghtuhom, jew jassumu s-sinifikat li (2) l-manjiera komuni ta' l-espressjoni 'per se' tiddetermina, jew (3) il-verita` ta' l-operat tirrikjedi.

Hu principju kardinali f'materja ta' kuntratti illi, sa fejn hu konsentitjew possibbli, it-termini taghhom jigu mharsa. Minn naha l-ohra mhux kull pretest, anke l-aktar wiehed minimali ghandu jservi biex jitwaqqghu kuntratti jew isservi ta' opportunita` lis-sid biex jirrexxindi ftehim meta fil-verita` ma tezistix dik is-serjeta` tali li kapaci torbot u tallaccja kull nuqqas zghir u nsinifikanti mal-fatt ta' l-inadempjenza;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info