Reference: 419/1997/1

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FENECH FRANCIS SIVE FRANK vs MALLIA RAYMOND NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
NOTIFIKA, DIRETTA - NOTIFIKA, INDIRETTA - NOTIFIKA, MODALITA` TAL-PROCEDURA TAL-AFFISSJONI U PUBBLIKAZZJONI - NOTIFIKA, VALIDITA` TA` - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Summary
Il-gudizzju tar-ritrattazzjoni ghandu zewg skopi, jigifieri dak li tigi annullata sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet, u dak li terga' tinfetah it-trattazzjoni tal-kawza biex tigi ottenuta sentenza ohra.

Fi kliem iehor il-gudizzju tar-ritrattazzjoni "si compone di due stadi distinti da non confondersi l'uno coll'altro, detti dai pratici 'il rescindente' e 'il rescissorio'.

L-Artikolu 811(b) tal-Kap. 12 jipprovdi ghar-ritrattazzjoni fejn "ic-citazzjoni ma tkunx giet innotifikata lill-parti telliefa, basta li din il-parti, ghad li ma tkunx giet innotifikata, ma tkunx dehret fis-smigh tal-kawza.".

Dan id-disposittiv jippostula zewg elementi, u cjoe, (a) li l-parti sokkombenti fil-gudizzju ma tkunx giet notifikata bl-att, u (b) li ghalkemm mhux notifikata ma tkunx ukoll dehret ghas-smigh tal-kawza.

Il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jipprovdi diversi metodi ta' notifika. Fl-ewwel lok is-subinciz (1) ghall-Artikolu 187, jiddixxiplina b'mod generali n-notifikazzjoni ta' l-atti jew skritturi fis-sens li jipprovdi kif din tista' ssir.

In-notifika ta' atti gudizzjarji tista' ssir b'zewg metodi: (a) direttament lill-persuna li tkun trid tigi notifikata u (b) indirettament billi tithalla kopja ta' l-att f'idejn wahda mill-persuniidentifikati mill-Ligi bhala li jkunu jistghu jircievu n-notifika ta' l-att.

Is-subinciz (3)ta' l-Artikolu 187 jahseb ghal mod kif ghandha ssir in-notifika bl-affissjoni fil-kaz li mir-riferta tal-Marixxal ikun jirrizulta li l-persuna li trid tigi notifikata, ghalkemm tinsab Malta, b'danakollu d-dhul fil-lok fejn hi tkun toqghod ma jkunx jista' jsir jew il-lok tad-dar taghha ma jkunx maghruf.

F'sitwazzjoni bhal din il-Qorti, ghalkemm fakoltativa ghaliha, tista' tordna li n-notifika ta' l-att issir:-

i. "billi titwahhal kopja ta' l-att fil-post, fil-belt jew fid-distrettfejn soltu jitwahhlu l-atti ufficcjali,"

u ii. "billi dik l-iskrittura jew att jinhargu fil-qosor fil-Gazzetta u f'gurnal ta' kuljum wiehed jew iktar minn wiehed skond kif il-qorti tiddeciedi".

Tajjeb li jigi hawn osservat illi una volta l-Qorti taderixxi mat-talba konducenti ghan-notifika ta' l-att bl-affissjoni, imbaghad, jinkombi li l-formalita` shiha tad-dispost tal-ligi msemmi tigi segwita u ezegwita. Dan hu di rigore, tant li jiddistingwi t-test tal-ligi fl-istat attwali taghha minn dak li kien precedentement qabel l-emendi ntrodotti ghall-Kodici bl-Att XXIV ta' l-1995. Fejn qabel kellek l-ghazla bil-fatt tal-preposizzjoni "jew" illum l-uzu tal-konguntiv "u" elimina l-alternattiva u rrenda tassattiv kemm it-twahhil ta' l-att fil-post indikat kif ukoll il-pubblikazzjoni ta' estratt ta' l-att.

Jekk qabel l-uzu tal-kelma "jew" kellha effett dizguntiv fis-sens liminnha seta' jitnissel li l-legislatur kien qieghed jipprospetta formalitajiet distinti, fil-qaghdaprezenti l-legislatur ried li biex in-notifika bl-affissjoni tista' titqies valida din ghandha tirrivesti l-formalita shiha u kompleta taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info