Reference: 10/1994

Judgement Details


Date
24/04/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C., SCICLUNA DAVID, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs ELENO SIVE LINO BEZZINA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DIFIZA LEGITTIMA, ELEMENTI MEHTIEGA - GURI, IRREGOLARITA` FIL-PROCEDURI - GURI, KIF IRID ISIR L-INDIRIZZ FINALI TA` L-IMHALLEF - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL - PROVA, GRAD RIKJEST FIL-KAMP KRIMINALI
Summary
Fil-konsiderazzjoni tal-kuncett tal-legittima difiza huwa appena necessarju jinghad li rekwizit indispensabbli ghad-diriment tal-legittima difiza hija l-inevitabbilita', meta l-akkuzat "cannot escapethough he would" bil-korollarju li ma nistghux nitkellmu dwar legittima difiza jekk l-akkuzat "wouldnot escape though he could.

I l-gustifikazzjoni tal-legittima difiza timplika li:

Id-deni li jigi repellit mill-agenti jkun ingust fil-kawza tieghu u l-attakk ta' l-assalitur ikun ingust u illegittimu u ghalkemm dan irid jigi rigwardat fis-sens intrinsiku u mill-impressjoni soggettivali jircievi l-vjolentat eppure min bl-imgieba u kontenju tieghu, ikun kawza mmedjata qabel ma jinstab fil-perikolu ma jikkompetilux li jkollu l-impunita` pjena jew shiha;

Id-deni jrid ikun attwali u prezenti filwaqt tar-reazzjoni; u fl-ahharnett li

Id-deni jkun inevitabbili l-ghaliexbla ma jkun hemm in-necessita` tad-difiza r-reazzjoni ta' min igib 'il quddiem il-"feci sed jure feci" ma jistax jghid li jkun ipprova l-legittimita` ta' l-att 'per se' antiguridiku tieghu. Jinghad imbaghad li huwa accertat fid-Dottrina li d-deni minaccjat u l-perikolu sovrastanti jridu jkunu ta' gravita` u bejniethom (deni minn banda u perikolu minn naha l-ohra) il-fatt tar-reazzjoni estrinsikatabiex l-istess deni jigi evitat irid ikun hemm proporzjonalita`."

Mhux kull min 'jagixxi biexjiddefendi ruhu' necessarjament jista' jinvoka l-legittima difiza. Il-ligi titkellem car dwar il-'bzonn attwali tad-difiza legittima' ta' dak li jkun jew ta' haddiehor. Kemm fid-dottrina kif ukoll fil-gurisprudenza taghna hu ormaj stabbilit li biex wiehed jista' jinvoka din l-iskriminanti l-aggressjoni subita trid tkun ingusta, gravi w inevitabbli. L-element tal-inevitabilita` jigi nieqes meta wiehed, minflok ma jevita l-inkwiet ossia l-glied li jara gej meta dan ikun jista' b'mod ragjonevoli jigi hekk evitat, imur minghajr raguni valida jaffrontah b'mod li jipprecipita huwa stess il-konfrontfiziku.

Is-subartikolu (1) tal-artikolu 501 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdili:-

"(1) Fuq appell kontra dikjarazzjoni ta' htija l-Qorti ta' l-Appell Kriminali ghandha tilqa' l-appell -

jekk jidhrilha li l-appellant kien gie misjub hati hazin fuq il-fatti tal-kawza; jew

jekk jidhrilha li kien hemm irregolarita` matul il-kawza, jew kien hemm interpretazzjoni jew applikazzjoni zbaljata tal-ligi, li seta' kellha influwenza fuq il-verdett:

Izda l-qorti tista', minkejja li tkun tal-fehma illi l-punt imqajjem fl-appell skond il-paragrafu (b) jista'jkun deciz favur l-appellant, tichad l-appell jekk tqis illi ma saret ebda amministrazzjoni hazina tal-gustizzja".

Ghalkemm il-ligi taghna fl-artikolu 501(1) (b) tal-Kodici Kriminali (Kap 9) juza il-kliem "irregolarita` tul il-kawza" , din l-irregolarita` trid tkun wahda materjali, u cioe`, ta' certa portata. Dan jemergi mill-kliem l-iehor li l-istess artikolu juza u cioe` "li seta' kellhainfluwenza fuq il-verdett". Din hi ukoll il-posizzjoni kif tirrizulta mill-gurisprudenza, minn fejnjidher car li il-qrati taghna dejjem hadu l-linja li l-irregolarita` lamentata trid tkun wahda materjali biex twassal ghat-thassir tal-verdett."

Illi principju iehor ta' importanza huwa, li fejn hu possibbli, l-irregolarita` ghandha tirrizulta mill-verbali tal-atti processwali u li fejn kienpossibli ghad-difiza li tirregistra l-opposizzjoni taghha dan tkun ghamlitu.

F'dan l-ezercizzju t-test huwa jekk effettivament jistax jinghad li minkejja l-mankanza jew mankanzi li setghu jirrizultaw li saru fil-kors tal-guri, hemmx b'dan kollu kaz qawwi bizzejjed kontra l-appellant biex gurija ragonevoli, proprjament diretta, kienet xorta wahda tasal ghad-dikjarazzjoni ta' htija.

Essenzjalment, ghalhekk, fil-verita` hemm konvergenza bejn dan l-aspett ta' "miscarriage of justice"u dak ta' jekk l-appellant giex misjub hati hazin fuq il-fatti tal-kawza.

Fil-kamp kriminalihuwa l-oneru tal-prosekuzzjoni li tipprova l-akkuza taghha kontra l-akkuzat 'beyond reasonable doubt,'. Min-naha l-ohra d-difiza, msahha bil-presunzjoni tal-innocenza tal-akkuzat, tista' tibbaza u/jewtipprova l-kaz taghha anke fuq bilanc ta' probabbilita`, jigifieri jekk huwa probabbli li seta' gara dak li gie rrakkuntat mill-akkuzat kif korroborat mic-cirkostanzi jew le.

Dan ifisser li l-prosekuzzjoni ghandha l-obbligu li tipprova l-htija tal-akkuzat oltre` kull dubbju dettat mir-raguni u f'kaz li jkun hemm xi dubbju ragonevoli, il-prosekuzzjoni tigi kunsidrata li ma ppruvatx il-kaztaghha ta' htija u ghalhekk il-Qorti hija obbligata li tillibera.

Il-grad ta' prova li trid tilhaq il-prosekuzzjoni hu dak il-grad li ma jhalli ebda dubbju dettat mir-raguni u mhux xi grad ta'prova li ma jhalli ebda ombra ta' dubbju. Id-dubbji ombra ma jistghux jitqiesu bhala dubbji dettatimir-raguni. Fi kliem iehor dak li l-gudikant irid jasal ghalih hu li, wara li jqis ic-cirkostanzi ul-provi kollha, u b'applikazzjoni tal-buon sens tieghu, ikun moralment konvint minn dak il-fatt li trid tipprova l-prosekuzzjoni.

L-Artikolu 465 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta jghid illi:-

"Meta l-akkuza u d-difiza jaghlqu l-parti taghhom, l-imhallef jaghmel Indirizz lill-guri,li bih ifissirlu x-xorta u l-elementi tar-reat migjub fl-att ta' l-akkuza, kif ukoll kull punt iehortal-ligi li f'dak il-kaz partikolari jkollu x'jaqsam mad-dmirijiet tal-guri, u jigbor fil-qosor, bil-mod li jidhirlu mehtieg, ix-xiehda tax-xhieda u l-provi li jkunu marbutin maghhom, ifisser lill-guri s-setghat li ghandu fil-kaz partikolari, u jaghmel kull osservazzjoni ohra li tiswa biex tregi uturi lill-guri kif ghandu jaqdi sewwa d-dmirijiet tieghu".

Fit-termini tal-artikolu 465 tal-Kodici Kriminali (Kap 9) il-funzjoni tal-Imhallef fil-guri fl-istadju tal-Indirizz, hija li jfisser lill-guri x-xorta u l-elementi tar-reat migjub fl-Att ta' l-Akkuza, kif ukoll kull punt iehor tal-ligi li f'dak il-kaz partikolari jkollu x'jaqsam mad-dmirijiet tal-guri, u li jigbor fil-qosor, bil-modli jidhirlu mehtieg, ix-xiehda tax-xhieda u l-provi li jkunu marbutin maghhom, ifisser lill-guri s-setghat li ghandu fil-kaz partikolari, u jaghmel kull osservazzjoni ohra li tiswa biex triegi u turilill-guri kif ghandu jaqdi sewwa d-dmirijiet tieghu.

Huwa evidenti illi dak li huwa l-aktarimportanti f'dak li jiddisponi dan l-artikolu f'dan ir-rigward huwa l-principju bazilari ta' ekwita`u gustizzja li ghandu jirregola l-materja tal-Indirizz u del resto tal-process kriminali kollu kemmhu, u cioe`, li l-gurati ghandhom jitpoggew fl-ahjar posizzjoni possibli, kemm ghal dik li hi ligi,kif ukoll ghal dawk li huma fatti, biex ikunu jistghu jaslu ghal verdett b'serenita` u bl-inqas komplikazzjonijiet u konfuzjoni possibbli, u fuq kollox li l-istess Indirizz ikun bilancjat b'mod li l-gurati jkunu konxji l-ewwel u qabel kollox, li huwa l-istess Imhallef li huwa bilancjat fir-rigwardtal-htija o meno tal-akkuzat u li ma jkunx wera preferenza jew aktar importanza lejn naha jew ohra.

Huwa evidenti li dan il-principju bazilari ta' "fairness" jigi stultifikat u znaturat jekk l-Indirizz ikun ixaqleb lejn il-htija tal-akkuzat jew jekk it-tezi tad-difiza ma tinghatax l-importanza li tkun timmerita jew tinghata indebitament iktar importanza lit-tezi tal-prosekuzzjoni jew finalment jekk l-Indirizz ihalli lill-gurati nieqsa minn dak li hu essenzjali li jkunu jafu biex ikunu jistghu jaslu ghal verdett b'certa serenita`.

Ghalkemm wiehed jista' jinnota li l-Ligi taghna fl-artikolu 465 tal-Kodici Kriminali (Kap 9) ma tghidx espressament li l-Imhallef li jippresjedi l-guri ghandu jpoggi il-kaz tad-difiza lill-guri, dan hu implicitu f'dak li tghid il-ligi u del resto fil-kuncett kollu tal-Indirizz u anki biex din il-Qorti ma thallix dubbju fuq dan.

Meta wiehed jitkellem fuq id-dritt tal-akkuzat li jkollu il-kaz tieghu espost soddisfacentement lill-guri, essenzjalment qed jitkellem fuq zewg necessitajiet: l-ewwel, li l-linja difensjonali addottata tigi ribadita u spjegata lill-gurati b'mod li jifhmuha u t-tieni li ssir riferenza ghall-fatti principali, cioe` ghall-provi saljenti, skond ma c-cirkostanzi ikunu jirrikjedu. Fil-fatt dawn m'humiex hlief iz-zewg nahat tal-istess munita u jikkomplimentaw lil xulxin. Effettivament meta l-artikolu 465 jirrikjedi li jkun hemm sommarju tal-provi m'hu qed ighid xejn aktar hlief li l- Imhallef ghandu jesponi lill-gurati it-tezijiet rispettivi tal- prosekuzzjoni u tad-difiza.

Kwantu jirrigwarda s-sommarju tal-provi, diretti u indiretti, li ghalih jirriferi l-artikolu 465, hu evidenti li l-ligi hija konxja li din in-necessita' hija relattiva u hi mehtiega fil-grad li l-kaz partikolari jkun jirrikjedi.Tant hu hekk, li ghalkemm id-dover tas-sommarju qieghed hemm, l-Imhallef hu moghti mill-istess ligid-diskrezzjoni jara hu fic-cirkostanzi x'inhu mehtieg.

Il-Ligi ghal dak li hu sunt tal-provi thalli fid-diskrezzjoni assoluta tal-Imhallef li jkun qed jippresjedi il-guri li jiddeciedi x'inhumehtieg fic-cirkostanzi tal-kaz u dan ghal ragunijiet ovvji. Fl-ewwel lok jinghad li bejn per ezempju guri li jkun ha hafna zmien u li allura jista' jkun jirrikjedi sunt li jirrinfreska il-memorja uguri bhal dak in ezami li jkun ha ftit granet hemm diga differenza intrinsika. Inoltre minhabba il-fatt li l-provi huma settur li jridu jgharbluh u jiddeciduh il-gurati biss, hu imperattiv li jithallaf'idejn l-Imhallef sedenti jiddeciedi kemm u safejn ghandu jidhol fil-provi specjalment tenut konttal-perikoli inerenti ghal tali ezercizzju li jista' jinfluwenza lill-guri li jattribwixxi importanza akbar ghal certi provi milli ghal ohrajn li ma jissemmewx fl-Indirizz.

Is-sommarju jrid ikun bilancjat u kull difiza li mhux semplicement immaginarja jew spekulattiva, partikolarment f'kaz ta' omicidju, trid tigi esposta lill-gurija. L-Imhallef jista' jikkumenta dwar difiza li mhix konvincenti.

Anke jekk mill-apprezzament tal-provi li taghmel il-Qorti ta' l-Appell hi tasal ghal xikonkluzjoni diversa minn dik milhuqa mill-gurati, hi ma tiddisturbax dik id-diskrezzjoni ezercitatamill-gurati fl-apprezzament tal-provi w tirrimpjazzaha b' taghha, kemm-il darba jkun evidenti ghaliha li l-gurati ma kinux ghamlu apprezzament manifestament hazin tal-provi, u setghu, ghalhekk, ragjonevolment u legalment jaslu ghall-konkluzjoni li jkunu waslu ghaliha in bazi tal-provi li kellhom quddiemhom. Effettivament, kif dejjem jinghad, mhux lecitu ghall-Qorti ta' l-Appell li tinvadi t-territorju li l-ligi tirrizerva ghall-gurati hlief meta l-verdett minnhom milhuq ikun manifestament zbaljat fis-sens li ebda gurija ma setghet ragjonevolment tasal ghalih. Jigifieri, irid ikun in kontradizzjoni manifesta w assoluta ghal dak kollu li jirrizulta mill-process b' mod illi ma hemmx mod iehorhlief li l-verdett milhuq jigi eskluz bhala assolutament infondat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info