Reference: 939/2001/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VELLA JASON ET vs MANDUCA DR. PHILIP ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, DIVIZJONI PARZJALI TIRREKJEDI FTEHIM BEJN IL-KONDIVIDENDI - DIVIZJONI, EKWIPARAZZJONI - DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Summary
Il-ligi thares il-kwestjoni tal-bejgh b'licitazzjoni kemm fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u ProceduraCivili (Kapitolu 12) u kif ukoll fil-Kodici Civili (Kapitolu 16), bid-differenza ewlenija bejniethom tikkonsisti filli f'tal-ewwel il-bejgh jintalab minn kreditur ta' sid il-post li jkun ser jinbieghb'irkant taht l-awtorita' tal-Qorti, filwaqt li f'tat-tieni l-bejgh jitnissel mir-rieda li xihadd minn ghadd ta' sidien li ma jridx jibqa' izjed fi shab mas-sidien l-ohrajn.

Ghalkemm il-bejghf'licitazzjoni ta' gid immobbli jista' jsir bil-mod li jaqblu dwaru s-sidien kollha, jekk kemm-il darba jsir b'ordni tal-Qorti f'sentenza jew ghax ma jkunx hemm fehma wahda bejn is-sidien kollha, l-ghazla ta' liema procedura ghandha tigi segwita hija mhollija f'idejn il-Qorti, li tista' tordna li l-partijiet isegwu process li jixbah lil dak imfassal mil-ligi ghall-bejgh fl-irkant bil-qorti.

Hija ghazla ta' kull wiehed li ghandu sehem f'gid immobbli li sejjer jinbiegh b'irkant taht is-setgha tal-qorti, zghir kemm hu zghir sehemu mill-istess gid, li jitlob li fl-irkant il-barranin jigu mistiedna joffru wkoll. Il-bejgh f'licitazzjoni ta' gid li thalla jitgawda b'uzufrutt, jista' jintalab ukoll minn uzufruttwarju.

It-talba sabiex gid immobbli mizmum minn ghadd ta' sidien jinbiegh b'licitazzjoni, trid titqies fid-dawl tal-principji ewlenin li jsawru l-istitut tal-ligi li titkellem dwar gid komuni. Fost dawn il-principji hemm dak li kull wiehed mis-sidien ta' haga komuni ghandu l-jedd li jiehu s-sehem tieghu tal-gid in natura, u l-principju l-iehor li hadd ma jista' jigi mgieghel jibqa' jzomm haga flimkien ma' haddiehor. Ghalhekk, meta ssir il-qasma, r-regola hija li kull wiehed mis-sidien jiehu (skond is-sehem tieghu) bizzejjed mill-gid komuni fil-kwalita' li dak il-gid ikollu fil-waqt tal-qasma. Dan igib mieghu l-effett li l-licitazzjoni hija l-eccezzjoni ghar-regola. Kemm hu hekk, l-artikolu 515 tal-Kap 16 ifisser f'liema cirkostanzi ghandha ssir.

Madankollu, jekk biex jitharsu l-principji fuq imsemmija l-qasma tal-hwejjeg komuni tkun qeghda ssir biss fid-dieher u tkun mghobbija b'soluzzjonijiet imgebbda, bhal, per ezempju, ekwiparazzjonijiet qawwija, f'dan il-kaz ikun ghaqli li ssir il-licitazzjoni u tkun qeghda tithares il-ligi fil-kelma u l-ispirtu taghha jekk l-eccezzjoni teghleb lill-principju.

Huwa mghallem ukoll f'dan il-qasam lima tistax issir il-licitazzjoni ta' gid immobbiljari wiehed jekk is-sidien ikunu jzommu bejniethom gid komuni iehor. M'huwiex imholli lis-sidien komuni li jwettqu process spezzettat tal-qasma ta' gidhom komuni, bhalma lanqas huwa moghti (ghaliex intempestiva) li ssir talba ghal-licitazzjoni ta' post li jaghmel bicca minn wirt li ghadu ma giex likwidat.

Ghandu jibqa' dejjem meqjus li l-licitazzjoni ssir inevitabbli biss fejn il-gid komuni ma jkunx jista' jinqasam minghajr xkiel jew fejn ikun hemm xi gid li l-ebda wahda mill-partijiet ma tkun tista' jew tkun trid tiehu ghandha. Fuq kollox, il-fondi li jistghu jinbieghu b'licitazzjoni jridu jkunu tassew ma jistghux jinqasmu bla xkiel min-natura u l-bixra taghhom, u mhux ghaliex imqeghda f'dak l-istat minhabba xi twahhid artificjali jew bidliet strutturali li jisnaturaw l-istess fondi;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info