Referenza: 234/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/04/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CARUANA KEVIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, META KAROZZA TISPICCA FUQ IN-NAHA L-OHRA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - KOLLIZJONI, SEWWIEQ IRID JAGHTI SPJEGAZZJONI GHALFEJN IKUN TILEF IL-KONTROLL TAL-KAROZZA TIEGHU - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL - SEWQAN, BLA KONT - SEWQAN, NEGLIGENTI - SEWQAN, PERIKOLUZ
Fil-Qosor
Jekk sewqan hux (1) negligenti; jew (2) bla kont jew (3) perikoluz hija kwistjoni ta' "degree" u kifjidhru wara xulxin huma fl-iskala tas-serjeta' taghhom - l-aghar is-sewqan perioluz. Biex jintegraruhu ir-reat ta' sewqan perikoluz hemm bzonn ta' certu grad ta' "recklessness". "Recklessness" gietdefenita bhala "wilfully shutting one's eye". Sewqan negligenti ifisser nuqqas ta' prudenza ordinarja li wiehed ghandu jadopera biex jevita s-sinistri stradali.

Accident jista' minnu nnifsu jidher li x'aktarx gara minnhabba htija ta' xi persuna milli ghal kawzi ohra. Hawnhekk, jaqa' fuq dik il-persuna il-piz tal-prova biex juri li f' dak li gara ma kellux htija. Dan ghaliex jistghu jigu assodati serje ta' fatti li jikkostitwixxu dak li "in subiecta materia" jissejjah "res ipsa loquitur".S'intendi il-grad ta' prova fil-kaz ta' akkuzat jasal biss sa dak tal-probabilita' u mhux tenut lijipprova beyond "a reasonable doubt" kif jinkombi fuq il-Prosekuzzjoni. Hu veru li skond gurisprudenza aktar recenti, t-teorija ta' "res ipsa loquitur" f' materja penali m'ghadhiex aktar tigi applikata mill-Qrati taghna, pero',jistghu jirrizultaw certi provi indizjarji jew "circumstantial evidence"li joholqu certi "presumptions of fact" kontra s-sewwieq, li fl-assenza ta' spjegazzjoni li tilhaq il-grad tal-probabbilta' jistghu anki jwasslu ghall-htija tas-sewwieq.

Gie ukoll ritenut li "ma hemmx dubju li l-fatt li driver jitlef il-kontroll tal-karozza w jispicca fuq in-naha l-hazina tat-triq minnu nnifsu hija prova ndizjarja jew "circumstantial evidence" li tohloq "presumption of fact" ta' sewqan hazin, ghax driver suppost li jkollu l-vettura tieghu dejjem taht kontroll.

L-appellant qed iqajjem id-diviza tal-"casus" kagjonata minn skiddjar tal-vettura tieghu. F'materja ta'"skidding" il-principju regolatur ma jistax hlief ikun dan. L-skid wahedha mhix la prova ta' negligenza u lanqas skriminanti. Hemm bzonn li jigi ndagat jekk kienx hemm negligenza antecedenti jew konkomitanti. Jekk negligenza simili tirrizulta, allura hemm ir-responsabbilta' nonostante l-"skid". Jekk ma tirrizultax, allura l-"skid" hija "a good defence" ghax tkun "inevitable accident". Ghaldaqstant biex tirmexxi d-difiza tal-"skid", jinhtieg li l-imputat jipprova mhux biss l-"skid" dovuta ghall-art tizloq imma ukoll li l-"skid" saret bla ebda negligenza tieghu w li hu jkun ha l-prekawzjonijietkollha li ghandu jiehu driver prudenti meta l-art tkun tizloq. Meta driver jipprova mhux biss il-fatt tal-"skid" "sic et simpliciter", imma jipprova ukoll li l-"skid" saret bla ebda htija tieghu, izda accidentalment b'mod li l-vettura, bla htija tieghu w accidentalment, saret inkontrollabbli, allura hija eskluza n-negligenza li taghti lok ghar-responsabilta' kriminali."

Gie ukoll ritenut li "meta tissuciedi kollizzjoni minhabba li wahda mill-karozzi tkun skiddjat, id-driver tal-karozza li skiddjat huwa responsabbli jekk ma gharafx jaghmel il-manuvra mehtiega biex jevita w jnaqqas l-skiddjar meta kellu z-zmien biex jaghmel dan u hu aktar responsabbli jekk jaghmel xi manuvra li tipprovoka l-aggravament tal-iskiddjar. Ghax l-imperizja fis-sewqan bhas-sewqan hazin hija htija."

Kull driver hu prezunt u mistenni li jkollu kontroll shih fuq il-vettura tieghu w jekk hu jitlef danil-kontroll, irid jaghti spjegazzjoni ghala gralu hekk li tkun tikkonvinci ghall-inqas sal-grad tal-probabbilta'.

Il-fatt li vettura tant tohrog mill-kontroll tal-konducent li tispicca kompletament fuq in-naha l-hazina tat-triq u tahbat ma "oncoming car" hu l-epitome tas-sewqan hazin u zgurjinkwadra ruhu fil-kontest tas-sewqan perikoluz li bih gie akkuzat u nstab hati l-appellant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni