Referenza: 1411/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG FRANCIS vs GAFFIERO CARMEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SERVIGI, INTENZJONI TAL-PRESTANT LI JITHALLAS - SERVIGI, META JKUN DOVUT KUMPENS GHAL - SERVIGI, META JKUNU REZI LILL-GENITURI
Fil-Qosor
In materja ta' pretensjoni ghal servigi rezi, il-gurisprudenza taghna irregistrat dan l-izvilupp;

Jezistu decizjonijiet li kienu jirritjenu li ebda kumpens ma hu dovut meta l-vinkolu tal-konsangwinita` huma stretti, meta min jippresta s-servigi ma jkunx sofra perditi materjali, imma jkun inkomoda ruhu personalment, meta ma jkunx hemm cirkostanzi li juru bic-car illi tant mill-parti ta' minjippresta s-servigi kemm ukoll minn dak li a favur tieghu huma prestati kien hemm l-intenzjoni ta' kumpens.

Gja pero` minn zmien antik gie ritenut illi minkejja li kumpens ghal servigi mhux dovut jekk ma jkunx gie miftiehem, jew jekk il-prestant ma kellux l-intenzjoni li jithallas, madanakollu l-prestazzjoni gratuwita ma tistax tigi prezunta, u l-animus donandi u r-rinunzja ghal retribuzzjoni m'ghandhomx jigu facilment akkolti - anki jekk is-servigi jigu prestati bi speranza ta' xi vantagg iehor, jekk dan ma jsehhx minhabba l-fatt mhux imputabbli lill-prestant.

L-indirizz l-aktarrecenti fuq is-suggett hu dak li s-servigi jigu prestati bi speranza ta' kumpens jekk ma jikkonkorrux cirkostanzi tali li jiggustifikaw konkludentement il-gratuwita` sija pure minhabba relazzjoni ta'parentela. Dan ghaliex il-gratuwita` u r-rinunzja ghall-kumpens ma ghandhomx jigu akkolti facilment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni