Reference: 2479/1996/1

Judgement Details


Date
29/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GRECH ALFRED vs GRECH PAULINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, TIBDIL FIS-SITWAZZJONI FINANZJARJA - MANTENIMENT, VARJAZZJONI TA` MANTENIMENT BONARJAMENT KONVENUT
Summary
Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 21(1) u 54(7) tal-Kodici Civili ma japplikawx ghall-mantenimentpattwit bejn il-partijiet, b'mod li jibqa' jregi l-principju stabbilit fl-artikolu 992 tal-Kodici Civili li kuntratti maghmula skond il-ligi ghandhom sahha ta' ligi ghal dawk li jkunu ghamluhom u dawnil-kuntratti ma jistghux jigu mhassra hlief bil-kunsens ta' xulxin tal-partijiet, jew ghar-ragunijiet maghrufin mill-Ligi. Fl-istess hin pero` ghandu jigi applikat il-principju "nemo ad impossibiliatenetur" li wiehed isib ukoll fl-artikolu 985 tal-Kap 16.

Huwa minnu li "ad impossibilia nemo tenetur". Dan pero' biss f'cirkostanzi l-aktar eccezzjonali u ben provati meta l-Qorti tkun ghalkollox konvinta li c-cirkostanzi godda mhux biss ikkagunaw l- "impossibilita'" fis-sens realiu estrem tal-kelma, imma wkoll li tali cirkostanzi kienu ghal kollox inevitabbli u ma gewx provokati b'xi agir tad-debitur. Semplici tibdil f'sitwazzjoni finanzjarja wahdu ma jaghtix id-dritt ghar-revizjoni tal-obbligu ghall-hlas ta' retta alimentari liberament assunt. Hu car li l-obbligazzjonijiet kontrattwali ghandhom jigu rispettati u osservati. Ghalkemm hu minnu li l-Ligi llum ma taghmell-ebda distinzjoni bejn il-manteniment "ex lege", jigifieri dak determinat b'sentenza tal-Qorti, jewdak "ex contractu", in kwantu tezisti l- possibilita' ta' min hu obbligat li jhallas il-mantenimentli "jitlob li jkun mehlus mill-obbligu jew ikun imnaqqas skond ma jkun il-kaz", jekk jigi fi stat li ma jkunx jista' jaghti aktar il-manteniment kollu jew bicca minnu, (art. 21 (1) tal-Att XXI tal-1993) jibqa' japplika dejjem il-principju illi Pacta Sunt Servanda. Dan ifisser li fil-kaz ta' manteniment stabbilit ex contractu, il-kriterji li ghandhom iwasslu lill-Qorti biex tvarja, u anke f'certikazijiet tissospendi, l-obbligu ghall-manteniment, huma aktar rigidi u gravi minn dawk li tista' tapplika l-Qorti fil-kazijiet fejn hi stess stabbiliet ir-retta alimentari minghajr il-kunsens tal-konjugi.

Gie ritenut li l-fatt li wiehed ikun qieghed ma jfissirx necessarjarment li hu jkun fl-impossibilita' li jhallas il-manteniment dovut. Jista' jkollu income iehor minn x'imkien iehor.

Tibdil fis-sitwazzjoni finanzjarja waheda ma taghtix dritt ghall revizjoni tal-obbligu ghall hlas ta' retta alimentari assunta liberament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info