Referenza: 749/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
WOODLINE LTD vs FORSITE DESIGN & PROJECT MANAGEMENT SERV
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPENSAZZJONI, AMMISSJONI TAD-DEJN - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT - PROVA, ONERU TAL-PROVA FUQ MIN JECCEPIXXI L-PAGAMENT
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta' tpacija fiha innfisha tammonta ghall-ammissjoni tad-debitu u li dan id-debitu huwadovut, biss ma ghandux jithallas ghax huwa pacut minn ammont iehor dovut mill-kreditur.

Il-kompetenza tal-Qorti hija determinata fuq kollox u qabel kull konsiderazzjoni ta' l-eccezzjonijiet moghtija, mit-termini tal-azzjoni attrici. Huwa l-att promotur kif intavolat, it-talbiet u il-premessitaghhom li jifformaw il-parametri li fihom il-Qorti kellha tezercita l-gudizzju taghha u li allurajiddeterminaw il-kompetenza taghha.

Il-kompetenza ma tiddependix bil-fors u unikament mit-talba tal-attur imma tista' tiddependi ukoll, fejn ikun il-kaz, mill-eccezzjoni tal-konvenut. Jista' jigri infatti illi ghalkemm l-azzjoni inizjalment kienet ta' kompetenza tal-Qorti Inferjuri (billi it-talba hija ghall-hlas ta' somma determinata entro il-kompetenza taghha) din tigi ezawtorata "ope exceptionis" bl-impunjazzjoni ta' l-obbligazzjoni principali. Dan jista' jigri billi il-Qorti tigi necessarjament moghtija u bhala parti mill-process biex tiggudika it-talba quddiemha li tikkonsidra utiddeciedi obbligazzjoni bejn il-kontendenti li teccedi il-komptenza taghha. Dan ifisser illi f'kazijiet simili il-komptenza tal-Qorti hija finalment determinata mill-indoli tal-obbligazzjoni in relazzjoni mal-obbligat.

Fil-kors ordinarju tal-process min jallega l-pagament dan irid jissostanzjah, anke jekk biex jaghmel dan mhux necessarjament jipproduci ricevuti. Provi ohra konvincenti jibbastaw skond ic-cirkostanzi u l-fatti tal-kaz li jkun, kif emergenti mir-rizultanzi processwali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni