Reference: 28/2001/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VALLETTA JESMAR ET vs GRECH PATRICK ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, APPALTATUR M`GHANDUX JACCETTA XOGHOL LI MA JKUNX TAL-KOMPETENZA TIEGHU - APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, META MA JINGHATAX ZMIEN GHAT-TERMINAZZJONI TA` - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - APPALT, TERMINAZZJONI UNILATERALI TAL-APPALTANT
Summary
Il-ligi tippreskrivi li, min jaghti appalt lil haddiehor, jista' jholl il-ftehim ukoll jekk ix-xoghol ikun inbeda. Minbarra dan, jekk il-kuntratt jinhall ghal raguni tajba, min jaghti x-xoghol huwa obbligat ihallas lill-appaltatur biss il-prezz tal-materjal li jkun intuza fix-xoghol li jkun lahaq gie konsenjat lil, u mizmum minn, min jaghti x-xoghol, liema prezz jithallas minn xi hlas akkont li l-appaltant ikun wettaq bil quddiem lill-appaltatur. Dan ghandu, min-naha tieghu, irodd lura lil min qabbdu jaghmel ix-xoghol dik il-parti mis-somma mhallsa lilu bil quddiem li tkun tisboq il-prezz tax-xoghol li lahaq sar u l-materjal uzat u moghti lill-appaltant.

Fil-kaz fejn ikun hemm ragunitajba biex l-appalt jinhall, kull hlas li jista' jippretendi l-appaltatur ghandu jitkejjel mal-utilita' li l-appaltant ikun ha tax-xoghol li lahaq sar u kif ukoll mal-hsara li l-appaltant ikun garrabminhabba li kien imgieghel itemm l-appalt. Huwa wkoll stabilit li hija raguni tajba biex appalt jitqies mahlul fejn ix-xoghol konsenjat tant kien mill-aghar li wiehed ma jistenniex li jista' jsir xixoghol rimedjali fuqu biex igibu tajjeb.

Il-ligi tghid ukoll li hekk kif, min jaghti x-xoghol, jgharraf lill-appaltatur li jrid itemm il-ftehim, dak l-avviz iservi biex iholl minnufih il-kuntratt, minghajr il-htiega ta' ebda konferma jew awtorizzazzjoni minn xi qorti.

Il-ligi trid ukoll li kull min jonqos li jwettaq xi obbligazzjoni li jkun intrabat li jaghmel, ghandu jaghmel tajjeblill-parti l-ohra billi jhallasha d-danni li din setghet garrbet minhabba dak in-nuqqas. Dan isehhminbarra li l-parti l-ohra tista' tinghata s-setgha wkoll li taghmel hi dak li naqset li taghmel il-parti l-ohra, u bi spejjez ta' din. Fejn jigri li min kellu jwettaq obbligazzjoni jonqos li jwettaqha jew ma jaghmilhiex fil-hin miftiehem, dan jista' jigi wkoll ikkundannat jaghmel tajjeb ghad-danni li jikkawza lill-kreditur tieghu, ukoll jekk dan in-nuqqas isehh minghajr mala fidi, sakemm id-debitur ma jsehhlux juri li n-nuqqas ta' twettiq tal-obbligazzjoni jew id-dewmien biex iwettaqha graw minhabba xi haga barranija li huwa ma kellux setgha fuqha, bhal fil-kaz ta' forza magguri jew accident. Huwa moghti wkoll lill-persuna kreditrici tal-obbligazzjoni li titlob it-tnehhija tal-haga li saret bi ksur tal-obbligazzjoni u dan ukoll bi spejjez ta' min suppost wettaqha.

Meta l-ligi titkellem dwar id-danni li ghandhom jitqiesu f'kaz ta' nuqqas ta' twettiq, hija tghid li d-debitur irid jaghmel tajjeb kemm ghat-telf, mibsur jew li sata' jinbasar fiz-zmien tal-obbligazzjoni, li jkunbata l-kreditur u kif ukoll ghat-telf ta' qligh li dan ikun garrab. Imma, fil-kaz ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligazzjoni, irid jintwera mill-kreditur li d-danni li jkun garrab kienu l-effett direttu immedjat tan-nuqqas tal-obbligazzjoni. Id-danni huma dovuti meta l-obbligazzjoni ma tistax titwettaq aktar f'ghamla specifika, u mhux ukoll meta x-xoghol hazin jista' jissewwa jew jitranga.

Huwa stabilit illi huwa biss meta n-nuqqasijiet fix-xoghol konsenjat huma "essenzjali" jew radikalili l-appaltant jista' jitlob li jigi dikjarat li l-kuntratt jinhall minhabba nuqqas ta' twettiq, ghaliex jekk in-nuqqasijiet ma jkunux ta' din l-ghamla, l-appaltatur ma jistax jitqies inadempjenti, imma jibqa' bl-obbligu li jew isewwi x-xoghol hazin jew jaccetta hlas imnaqqas.

Fejn ma jkunxinghata zmien lid-debitur ghat-twettiq tal-appalt, u l-appaltant ikun irid li dan jigi ezegwit, huwamehtieg l-appaltatur jinghata zmien specifiku b'att gudizzjarju qabel jista' jitqies hati ta' dewmien. Ma tiswa l-ebda ghamla ohra ta' talba mill-appaltant lill-appaltatur biex isehh dan.

Fost il-principji stabiliti l-ohrajn fil-qasam tal-kuntratt tal-appalt, wiehed isib dak li jghid li appaltatur m'huwiex mehlus mir-responsabbilta' tar-rabta tieghu biex iwettaq l-obbligazzjoni li ntrabatli jaghmel, ukoll jekk ikun hemm approvazzjoni tax-xoghol, l-izjed fejn in-nuqqasijiet li johorgu ma jkunux jidhru mill-ewwel jew ma jistax jintebah bihom wiehed li ma jkunx midhla tal-qasam. Minbarra dan, l-appaltatur ghandu jwettaq ix-xoghol li tqabbad jaghmel b'mod li jrid jizgura li dan isir sewwa u jkun tajjeb ghall-ghan li ghalih intalab. Jekk appaltatur ma jkunx cert li x-xoghol li sejjer jaghmel se jkun tajjeb ghar-raguni li ghaliha ntalab, imissu ma jaccettax li jaghmlu: fin-nuqqas,irid iwiegeb ghal kull nuqqas li johrog 'il quddiem mhux ghal ragunijiet attribwibbli lill-appaltant.

Jekk appaltatur jaf li m'huwiex tas-sengha fix-xoghol minnu mitlub jew m'ghandux esperjenza bizzejjed, imissu mill-ewwel jirrifjuta li jidhol ghal dik il-bicca xoghol, u jibqa' responsabblighal kull nuqqas ukoll jekk dahal ghax-xoghol fuq insistenza tal-appaltant, jew bil-mod dettat minndan.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info