Referenza: 321/1985/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CRISTINA ANTHONY NOE vs MIZZI ELEONORA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, PUNTI MHUX SOLLEVATI FIN-NOTA TA` L-ECCEZZJONIJIET - SERVIGI, AZZJONI IURE ACTIONIS - SERVIGI, AZZJONI OFFICIO JUDICIS - SERVIGI, FTEHIM DWAR IL-KUMPENS
Fil-Qosor
Hekk guridprudenza li tghid illi l-Qorti hi fid-dover li tiehu konjizzjoni ta' eccezzjonjiet li jkunu gew sollevati waqt it-trattazzjoni tal-kawza, anke f'noti ta' sottomissjonijiet, u anke jekk majkunux gew formalizzati fil-forma ta' eccezzjoni.

Dan l-insenjament pero', li llum gie gustament newtralizzat b'emendi ad hoc fil-ligi tal-procedura (ara l-artikolu 158 tal-Kap 12 kif emendat bl-Att XXIV tal-1995 u emendi ohra precedenti) ma jammontax u lanqas m'ghandu jfisser li l-parti konvenuta ghandha speci ta' 'carte blanche' li kull meta u x'hin jidhrilha l-waqt izzid ma' dawk l-eccezzjonijiet li hija tkun gja` tat. Il-pozizzjoni la hija hekk illum (in vista ta' l-emendi li gew fis-sehh) u lanqas ma kienet hekk qabel.

L-artikolu 158 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili ghandu jfisser illi l-eccezzjonijiet kollha, tant ritwali kemm fil-meritu, li ghalihom fuqil-fatti maghrufa jista' jkun hemm lok, ghandhom jinghataw mill-ewwel fin-nota tal-eccezzjonijiet.

Argumenti u ragjonamenti legali dedotti f'nota ta' osservazzjonijiet, u mhux bhala eccezzjonijiet formali, ma jobbligax lill-Qorti li tqishom bhala tali. Diversament ikun jammonta ghal strappprocuderali li jista' jkun ta' pregudizzju serju ghall-kontroparti attrici, oltre li jkun ukoll jammonta ghal intralc mhux awtorizzat fuq il-proceduri 'in corso'.

In materja ta' servigi, id-distinzjoni bejn l-azzjoni 'ufficio judicis' u l-azzjoni 'iure actionis' ossia dik bazata fuq ftehimdwar kumpens ghal servigi, mhix wahda netta. L-azzjoni 'ufficio judicis' tista' wkoll tigi ezercitata meta l-kumpens ghal servigi jkun gie pattwit.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni