Referenza: 23/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
DEGUARA JOHN MARY vs AWTORITA TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL MINN DECIZJONIJIET PARZJALI TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, NE BIS IN IDEM
Fil-Qosor
Id-decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar ghandhom ikunu finali. Ghandu jkun hemm appell lill-Qorti ta' l-Appell kostitwita skond l-artikolu 41 (6) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili minn dawk id-decizjonijiet biss dwar punti ta' ligi decizi mill-Bord fid-decizjoni tieghu. Appell minn decizjoni parzjali tal-Bord jista' jigi pprezentat biss flimkien ma' appell mid-decizjoni finali tal-Bord.

Appell minn decizjoni preliminari li jigi intavolat qabel id-decizjoni finali huwa null. Il-Qorti ghandha l-obbligu li tqajjem hija stess marte proprio din l-eccezzjoni stante li tirrigwarda nullita' ta' att gudizzjarju.

Hawnhekk tqajjem il-punt li l-proceduri quddiem il-Bord kienu qed jiksru l-principju ta' ne bis in idem peress illi l-appellant kien diga` ghadda minn proceduri kriminali in konnessjoni mal-izvilupp in kwistjoni.

Il-Qorti irriteniet li l-artikolu 39 (9) tal-Kostituzzjoni ta' Malta (ne bis in idem), ma huwiex applikabbli ghall-procedurimibdija mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex jinhareg l-Avviz ta' Waqfien u Twettiq kontra persunau l-proceduri li segwew l-istess att.

Dana ghaliex tali proceduri jsiru ai termini tal-Kap 356 quddiem Bord jew Awtorita` amministrattiva li tirregola kwistjonijiet ta' zvilupp, liema organi mahumiex Qorti fis-sens kif indikat fl-istess artikolu 39, u dan apparti li quddiem l-istess l-istessorgani nkluz il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, ma jkun hemm ebda akkuzat ta' reat u fil-fatt l-istess Avviz ta' Waqfien u Twettiq ma jikkostitwiexxix akkuza izda sempliciment regolamentazzjoni ta' bini allegatament illegali tal-appellant. Fil-fatt il-veste tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Ippjanar hija dik ta' tribunal amministrattiv b'kompetenza specjali ta' revizjoni ta' decizjonijiet amministrattivi, li qatt ma tista' tikkwalifika bhala akkuza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni