Reference: 80/2001/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs ELLUL SULLIVAN ANDREW
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DAZJU, EVAZJONI TA` - DAZJU, NUQQAS TA` HLAS TA` - DWANA, IMPORTAZZJONI ILLEGALI
Summary
Il-pozizzjoni legali tal-import tal-artikolu 77 tal-Kap.37 in relazzjoni mal-artikoli 60 u 62 tal-istess Ordinanza tad-Dwana hija is-segwenti:

Min jimporta oggetti li l-importazzjoni taghhom hiprojbita, min jizbarka tali oggetti, min iwarrab oggetti mportati qabel jigu ezaminati mill-ufficjal inkarikat mid-Dwana, huwa awtomatikament passibbli minghajr il-htiega tal-prova tax-xjenza.

M'hemm bzonn lanqas li fil-kazijiet specifici l-imputat kien jaf li l-importazzjoni kienet projbita. Gie deciz li din hija kwistjoni ta' ligi u mhux ta' fatt.

Ghall-kuntrarju jekk l-imputat jallega li l-importazzjoni kienet legali, a tenur tal-Artikolu 77, irid jaghmel il-prova hu.

Paragrafi ohra, pero', jirrikjedu ix-xjenza. Dawn huma s-subincizi (e) sa (i) tal-istess artikolu 62.Jekk il-prosekuzzjoni tipprova li l-appellant zamm ghandu jew laqa' ghandu oggetti li fuqhom ma thallasx dazju b'daqshekk ma tkunx issodisfat il-vot tal-ligi billi tkun trid tipprova wkoll li l-imputat agixxa xjentement, altrimenti l-kelma xjentement tkun qeghda fil-ligi ghalxejn.

Il-provatax-xjenza naturalment twassal sal-grad li l-appellant kien jaf jew ma setax ma kienx jaf, li l-oggetti li nstabu ghandu kienu ta' natura ta' dawk imsemmija fil-paragrafi rilevanti tal-kap. 37.

L-Artikolu 77 japplika, kif juri l-istess Artikolu, meta tinqala kwistjoni dwar jekk id-dazju dovutkienx gie mhallas, jew li l-oggetti gew zbarkati skond il-ligi ecc.

Dan l-Artikolu jidhol ineffett u jaltera l-piz tal-prova, meta l-imputat jinvoka tali fatti. Jekk l-imputat isostni li d-dazju thallas, jipprova hu.

Dan japplika f'kull kaz, anki fejn il-ligi tirrikjedi x-xjenza. Hija dejjem il-Prosekuzzjoni li trid tipprova x-xjenza f'dawn il-kazijiet, imma jekk l-appellant jixtieq jallega xi difiza taht l-Artikolu 77, il-prova jrid iforniha hu.

Il-principju li a tenur tal-Artikolu 77 tal-Kap.37, meta fi procediment taht dak il-Kap tinqala kwistjoni dwar jekk id-dazjufuq oggetti partikolari kienx gie imhallas jew dwar minn fejn jew kif dawn l-oggetti gew akkwistati,l-prova ta' dan taqa' fuq l-imputat.

Kull prova ghalhekk li l-Prosekuzzjoni trid taghmel hinskritta minn dan l-artikolu u permezz tieghu jidher car li l-prova li l-prosekuzzjoni trid taghmelhi li ma jirrizultalhiex li thallas id-dazju. Minn hemm il-quddiem l-oneru tal-prova hu mixhut fuq l-imputat.

L-Ordinanza tad-Dwana (Kap.37) ma fiha ebda dispozizzjoni tal-ligi espressa li tittratta r-responsabbilta' tad-diretturi ta' socjetajiet kummercjali li jkun involuti f' xi ksur tad-dispozizzjonijiet taghha. Hawn ghalhekk wiehed irid jaqa' fuq id-dispozizzjonijiet tal-InterpretationAct (Kap.249).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info