Reference: 2238/2000/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI VINCENT ET vs PAVIA HELEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, EKWIPARAZZJONI - DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, KONSIDERAZZJONIJIET TA` PPJANAR - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Summary
Fejn divizjoni fizika tista' issir minghajr wisq diskapitu, il-qasma in natura ghandha tkun preferita mill-bejgh tal-fond b'licitazzjoni, u dan biex jigi rifless il-principju li kull parti ghandha dritt tgawdi minn sehema fil-proprieta in natura: artikolu 502 tal-Kodici Civili. Dan il-mod ta' terminazzjoni tal-kommunjoni jipprevali fuq dak tal-licitazzjoni li ghandha tigi ordnata biss jew meta jaqblu l-konsorti kollha, li jridu jkunu kapaci, jew meta l-qasma ma tistax issir in natura.

Il-licitazzjoni hija mezz "eccezzjonali u straordinarju" li ma jigix koncess meta hi possibli d-divizzjoni.

"Komodament Divizibbli", ifisser minghajr pregudizzju ta' l-interessi tal-kondividenti, minghajr diskapitu, igifieri m'ghandux ikun hemm deprezzament fil-valur ekonomiku tal-fond bid-divizjoni materjali tieghu.

Il-ligi mhux biss ma tiffavorixhiex il-komproprieta', tant li ma tridx li koproprietarju jintrabat li jibqa' in komun ghal aktar minn hames snin, izda trid li, fejn hupossibbli, kull proprjetarju jiehu sehemu in natura, u tistmerr qasma billi wiehed jiehu oggett u iehor flus, u trid li, kemm jista' jkun, l-ekwiparazzjonijiet jinzammu mill-anqas. Dan id-dritt ta' kull koproprietarju li jiehu sehemu in natura m'ghandux jigi mfixkel jew negat b'xi policy li tadottal-MEPA.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info