Referenza: 34/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ATTARD & CO LIMITED vs M A SUPERMARKETS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEJN, ASSUNZJONI TA` - GARANZIJA, DISTINZJONI BEJN ASSUNZJONI TA` DEJN U - NOVAZZJONI, DISTINZJONI BEJN ASSUNZJONI TA` DEJN U
Fil-Qosor
Skond il-ligi - ara artikolu 1233(1)(c) tal-Kodici Civili - il-garanzija, biex tkun valida, trid tirrizulta bil-miktub u dan taht piena ta' nullita'. Pero', l-assunzjoni tad-dejn da parti ta` terz hija figura guridika differenti minn dik tal-garanzija, ghaliex min jassumi dejn jaghmel hekk in via principali, b'differenza tal-garanti. L-assunzjoni tad-dejn hija anki diversa minn novazzjoni ghax matimplikax necessarjament il-helsien tad-debitur.

Dan il-kuncett ta' assunzjoni ta' dejn ta' haddiehor mhux mehtieg li jirrizulta minn kitba, u jista' jigi pruvat bil-mezzi kollha li tippermettil-ligi, pero', tali prova trid tkun cara, certa u konkludenti. Il-fatt li persuna, per ezempju, tofri biex thallas dejn ta' haddiehor, ma jfissirx li dik il-persuna assumiet dak id-dejn hi. Biex ikun hemm il-figura guridika ta' assunzjoni ta' dejn hemm bzonn li l-obbligazzjoni ta' hadd iehor jaghmilha tieghu min jassumiha. Il-fatt li wiehed ihallas xi flus akkont ta' dejn, la mhux tieghu, ma jfissirx li huwa assuma dak id-dejn.
Jehtieg li jkun hemm provi aktar cari qabel ma l-Qorti tikkonkludi li persuna individwali assumiet fuq isimha dejn ta' haddiehor. Mhux biss garanzija trid tirrizulta bil-miktub, izda l-firma tal-konvenut mhux bizzejjed biex hi tikkonkludi li assuma xi obbligazzjoni personalment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni