Reference: 543/2002/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
E. GRECH CRISTAL BATH LTD vs PATINIOTT GREZZJU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, ELEMENTI TA` - KONVENJU, HTIEGA LI JSIR BIL-MITKUB - KUNTRATT, OGGETT DETERMINAT - LOKAZZJONI, PROMESSA TA` - TRANSAZZJONI, PROMESSA TA`
Summary
L-artikolu 1233 (1) (a) tal-Kodici Civili jiddisponi li "il-ftehim ("any agreement" fit-test ingliz)li jkun fih weghda ta' trasferiment jew ta' akkwist, taht kull titolu li jkun, tal-propjeta' ta' beni immobbli jew ta' jedd iehor fuq dawk il-beni", ghandu, taht piena ta' nullita', isir b'att pubbliku jew b'kitba privata.

Il-ligi trid li kull weghda ghat-trasferiment ta' immobbli trid tkunbil-miktub. Weghda orali biex wiehed jersaq ghal dik it-tip ta' weghda mhix valida u enforzabbli ghaliex klieku tispicca bla effett li enfasi tal-ligi li tali weghda tkun trid tirrizulta bil-miktub.

Ir-rikjesta ghal kitba fl-artikolu 1233 mhix wahda ta' prova, izda hija mehtiega ghall-validita' tal-ftehim. Il-kitba mhix rikjesta "ad probationem tantum", izda "ad validitatem".

Ghalkemm hemm okkazjonijiet fejn weghda verbali tista' tkun vinkolanti, dan huwa hekk meta l-ligi ma tehtiegx li tali weghda tkun bil-miktub. Il-ligi trid li l-kuntratti ta' garanzija, transazzjoni jew kirita' immobbli ghal aktar minn sentejn, jkunu bil-kitba, izda ma tghid xejn dwar promessa biex jigu konkluzi dawn il-kuntratti, u, ghalhekk, il-Qrati taghha ddecidew li la darba l-ligi tinsisti fuq il-solennita' tal-kitba fil-kuntest biss tal-att finali, il-promessa tista' ssir bi kwalunkwe mezz.

F'kaz ta' trasferiment ta' immobbli, pero', il-ligi esigiet il-formalita' tal-kitba mhux biss ghall-att finali, imma wkoll ghall-weghda, u jekk il-ligi trid il-kitba ghall-weghda, ikun kontrasensu illogiku li tghid li l-weghda ghal weghda tista' ssir bil-fomm. Ghall-kuntratti l-ohra, il-ligi matipprovdi xejn dwar il-forma tal-promessa de contraendo, izda fil-kaz ta' bejgh ta' immobbli, ipprovdiet espressament li dik il-promess trid tkun bil-kitba, u din "taht piena ta' nullita'"; kull weghda bil-fomm tkun, allura, nulla. Fil-fatt, il-Qrati taghna iddecidew li l-estensjoni verbali ta' konvenju regolari huwa null u fin-nuqqas ta' estensjoni valida bil-kitba, il-konvenju jitqies skadut.

Hawnhekk, il-ftehim li sar bejn il-partijiet kien jimplika trasferiment tal-proprieta' ta' beni immobbli. Il-partijiet qablu li meta s-somma dovuta mill-konvenut, titla' ghal certu ammont (lima giex specifikat), flok isir il-hlas fi flus, il-konvenut jitrasferixxi lill-attur beni immobbli.Din m'hi xejn hlief promessa mill-konvenut li jittrasferixxi beni immobbli lill-attur ghas-saldu tad-debitu tieghu, u dik il-weghda ma tiswiex jekk ma ssirx biil-kitba. L-attur ma jistax jobbliga lill-konvenut jitrasferilu beni immobbli, ghax biex jaghmel dan irid isegwi l-procedura stabbilita' fl-artikolu 1357 tal-Kodici Civili, u, qabel xejn, irid ikollu weghda bil-miktub bid-dettalji li trid il-ligi.

Kull obbligazzjoni trid, ghall-validita' taghha, oggett, u l-oggett, skond l-artikolu983(1), irid ikun "haga determinata, ghall-inqas ghal dik li hija l-ispeci taghha". L-oggett tal-ftehim in kwistjoni ma giex determinat, u ma jistax jinghad li riferenza ghall-fond immobbli tista' tiqies determinazzjoni ghal dik li hija l-ispeci. Identifikazzjoni bi speci titqies valida meta jkunu hemm diversi oggetti jaqghu taht dik il-kategorija u, ghall-kreditur tal-obbligazzjoni, ikun immaterjali liema wahda jinghata (ez. "kartuna halib"), izda mhux meta ghall-kreditur taghmel differenza, liema oggett jinghata (ez. "karozza"). Deskrizzjoni tal-oggett tal-obbligazzjoni b'referenza ghall-generu (ez. "karozza"), taghmel l-obbligazzjoni bhala invalida ghax nieqsa minn specifikazzjoni dwar l-oggett, u l-oggett irid ikun determinata jew determinabbli (art. 983(2) Kodici Civili), biex l-obbligazzjoni tkun valida.

Biex weghda ta' bejgh tkun valida, jehtieg, fost affarijiet ohra, li l-ftehim jiddentifika l-oggett li kellu jigi stabbilit, u l-prezz jew konsiderazzjoni miftiehma jistghu jkunu determinati jew determinabbli skond il-ftehim; dawn l-elementi jridu johorgu mill-kitba tal-ftehim.

Biex weghda ta' bejgh tkun valida, il-partijiet iridu jkunu ftehmu fuq kollox, partikolarment l-oggett preciz tal-vendita', u ma jistghux ihallu l-ftehim fuq affarijiet importanti ghalwara. Ftehim, cioe', li jipprospetta diskussjonijiet u ftehim ulterjuri dwar partijiet importantifil-kuntratti, ma hu ftehim xejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info