Referenza: 47/1976/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
MIFSUD PAUL ET NOE vs TOLEDO PHILIP ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEPOZITU FIL-QORTI, ZBANK TA` - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI FIL-KAZ TA` JEDDIJIET KONDIZZJONALI
Fil-Qosor
L-artikolu 944(2) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jiddisponi illi:

"Izda, meta d-depozitu jkun sar mill-marixall jew minn ufficjal esekutur iehor illi f'idejh, fil-waqt ta' esekuzzjoni ta' mandat mahrug bis-sahha ta' sentenza jew ta' titolu esekuttiv iehor, id-debitur ikun qieghed is-somma msemmija fil-mandat, kollha jew bicca minnha, bil-kondizzjoni li din is-somma ghandha tigi ddepozitata, il-kreditur esekutant ikun jista' jizbanka, fuq talba tieghu bil-miktub jew bil-fomm, kemm-il darba d-debitur, fi zmien hmistax-il gurnata mill-esekuzzjoni tal-mandat, ma jgibx 'ilquddiem, b'citazzjoni, ir-ragunijiet tieghu li ghalihom dik is-somma m'ghandhiex, kollha jew biccaminnha, tigi zbankata mill-kreditur."

Dan l-artikolu, pero' ma jipprovdix ghac-cahda tat-talba attrici f'kaz li ma tigix dedotta fi zmien hmistax-il gurnata, izda li s-somma depositata tista' tigi zbankata mill-kreditur esekutant. Dan l-izbank il-kreditur ikun fid-dritt li jitolbu darba li l-kawza ma gietx intavolata fi zmien hmistax-il gurnata, pero', il-persuna milquta jibqaghlha xorta wahda d-dritt li tipprova tatakka l-hrug tal-Mandat esekuttiv relattiv u, jekk tirnexxi fl-azzjoni, li titlob ir-rifusjoni tal-flus depositati u zbankati.

L-artikolu 2149(e) jiddisponi li l-azzjonijiet tal-Gvern ta' Malta ghall-hlas ta' dazji u taxxi ohra, jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta'sentejn, l-artikolu 2125(a) tal-istess Kodici Civili jiddisponi li l-prekrizzjoni hija sospiza kwantu ghall-jeddijiet kondizzjonali, u dan sakemm il-kondizzjoni ma ssehhx.

Kull terminu ta' preskrizzjoni, kif inhu risaput, jibda jiddekorri minn meta l-ammont ikun, fil-fatt, dovut, u cioe', mid-data tal-vjolazzjoni, Ii hu fatt oggettiv, u mhux minn meta l-kreditur isir jaf li l-ammont hu jewjista' jkun dovut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni