Reference: 29/1995/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AQUILINA CARMEN ET vs ELLUL EDGAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - LOKAZZJONI, META KOMPROPRJETARJU JAWTORIZZA CESSJONI JEW SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, X`INHU MEHTIEG SABIEX TIGI STABILITA R-RATIFIKA TA` SULLOKAZZJONI JEW CESSJONI - MANDAT, MANDANT MHUX MARBUT BL-AGIR ULTRA VIRES TAL-MANDATARJU - MANDAT, PROVA TA` - RATIFIKA, PROVA TA`
Summary
Is-semplici fatt li wiehed mill-komproprjetarji jkun inkarigat milli jigbor il-kera ma jfissirx illihuwa wkoll awtorizzat sabiex jippermetti li ssir cessjoni. M'hemmx kwestjoni li min jallega l-ezistenza tal-mandat ghandu l-oneru fuqu li jipprovah.

Il-mandatarju ma jista' jaghmel xejn li johrog mil-limiti tal-mandat u li l-mandanti mhux obbligat ghal dak li l-mandatarju jkun ghamel barra mil-limiti ta' dawk is-setghat. Din mhiex kwestjoni ta' semplici inosservanza tal-istruzzjonijiet tal-mandanti li taghti lok biss ghar-rizarciment ta' danni izda ta' eccess ta' poteri, ossija l-ezekuzzjoni ta' att totalment differenti minn dak tas-semplici gbir tal-kera affidat mill-mandanti lill-mandatarju.

Jekk l-inkwilin jallega li s-sidien l-ohra jkunu irratifikaw l-agir tal-kompropjetarju li jkun awtorizza s-sullokazzjoni, l-oneru tal-prova ta` tali ratifika jinkombi fuqu.

Jinsab insenjat illi l-ligi tipprojbixxi illi l-kerrej minghajr il-kunsens tas-sid jissulloka l-fond jew icedi l-inkwilinat tieghu imma ma tipprojbix lill-kerrej jiggestixxi hanut mikri lilu permezz ta'haddiehor jew li jassocja mieghu lil haddiehor fin-negozju ta' dak il-hanut.

In tema tar-ratifika tacita tajjeb li jigi rilevat illi anke fil-kaz tal-kunsens tacitu il-gurisprudenza irragunat li kien hemm bzonn essenzjalment ta' zewg rekwiziti "cioe` li dak li jikkonsenti jkun pjenament konsapevoli tal-vera portata u l-effetti tal-att li jinghad li huwa wiehed tacitament jikkonsenti jew jaccetta, u di piu` illi l-komportament tieghu jkun tali li jkun inkonciljabbli mal-volonta` tieghu lijzomm fermi d-drittijiet tieghu, b'mod li l-kondotta tieghu ma tistax tigi spjegata b'mod iehor hlief li huwa jkun accetta l-operat li ghalih ikun qed jigi allegat li akkonsenta. Din l-accettazzjonihija ta' stretta interpretazzjoni, u dan huwa tant aktar veru fil-kaz in ezami billi l-Art 10 tal-Kap 109 (illum Art 9 tal-Kap 69) li jaghti d-dritt lis-sid li jiehu lura l-fond fit-terminazzjoni tal-lokazzjoni f'kaz ta' trasferiment tal-inkwilinat, jitkellem fuq meta l-inkwilin ikun ittrasferixxa l-kiri minghajr il-kunsens espress ta' sid il-kera. Huwa veru illi gie kemm il-darba deciz illi ankemeta jkun hemm il-kunsens tacitu u mhux espress, is-sid jiddekadi minn dan id-dritt, izda l-kliemtal-ligi, li ssemmi l-kunsens espress, jippostula li dan il-kunsens ikun jirrizulta car u mhux inekwivoku u minn fatti tant inspjegabbli mod iehor, illi l-kunsens tacitu jkun in effetti jekwivali ghalkunsens espress.

Hu pacifikament akkolt fil-kazistika tal-Qrati taghna illi r-rinunzja tad-dritt trid tirrizulta minn espressjonijiet "chiare ed univoche" u mhux minn espressjonijiet generici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info