Referenza: 2/1999/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CASSAR PAUL W ET vs TABONE VICTORIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, FUORI TERMINE - LOKAZZJONI, APPELL MILL-BORD TAL-KERA LI JSIR FUORI TERMINE - ZMIEN LEGALI, ORDNI PUBBLIKU
Fil-Qosor
L-Artikolu 24 (2) tal-Kap 69 jiddisponi li:

"L-appell jingieb quddiem il-Qorti ta' l-Appell kif kostitwit skond is-subartikolu (6) ta' l-artikolu 41 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili b'rikors, fi zmien sitt ijiem tax-xoghol mid-data li fiha d-decizjoni tal-Bord tkun inghatat".

L-osservanza tat-termini stabbiliti fil-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili u f'ligijiet ohra specjali li jirregolaw il-kondotta tal-proceduri quddiem il-Qrati u quddiem it-Tribunali huma ta' ordni pubbliku u ma jistghu jigu bl-ebda mod injorati u lanqas bil-kunsens tal-partijiet rinunzjati jew mibdula. Dawn it-termini jehtieg li jigu osservati u dan taht piena ta' irritwalita` unullita` tal-proceduri li ghandha, fejn tokkorri u fejn hekk jirrizultaw lilha, tigi wkoll sollevatamill-Qorti ex officio. In-nullita` tattakka l-att innifsu. Dak l-att il fil-procedura hu null ghandu jitqies daqs li kieku qatt ma kien intavolat quddiem il-Qorti li allura jehtiegilha tiskartah indipendentement mill-mod kif l-irregolarita` tkun giet migjuba a konoxxenza taghha.

Is-sottomissjoni illi t-terminu tal-appell minn sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera hu regolat bil-ligi ordinarja tal-procedura kif provvdut fis-subinciz 1 tal-artikolu 226 tal-Kap 12 u mhux f'dak li hemm provvdut fil-ligi specjali fl-artikolu 24 tal-Kap 69 hi spropozitu legali li ma jisthoqqilha l-ebda konsiderazzjoni. Spropozitu li joffendi l-intelligenza u li ma ghandux jigi tollerat anke jekk sar f'tentattiv disprat biex jigi salvat dak li bil-ligi ma jistax jigi sanat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni