Reference: 478/2000/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI ENRICO vs BORG MARTIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, APPREZZAMENT U VALUTAZZJONI TA` - PROVA, GRAD RIKJEST FIL-KAMP CIVILI - PROVA, PIZ TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Summary
Il-gudikant, fil-kamp civili, ghandu jiddeciedi fuq il-provi li jkollu quddiemu, meta dawn jinducu fih dik ic-certezza morali li kull tribunal ghandu jfittex, u mhux fuq semplici possibilitajiet; immadik ic-certezza morali hija bizzejjed, bhala li hija bazata fuq il-preponderanza tal-probabilitajiet.

Il-Qorti allura jehtiegilha tara jekk il-versjoni l-wahda ghandiex teskludi lill-ohra fuqil-bilanc tal-probabilitajiet. B'hekk ukoll jigi evitat ir-riskju li l-Qorti taqa' fuq l-iskappatoja tad-dubju u ssib rifugju mir-regola ta' "in dubio pro reo".

Meta zewg verzjonijiet kapaci jitqiesu plawsibbli u veritiera u ma jkunx jista' jinghad li tirrizulta dik ic-cirkostanza determinanti li tissoda l-konvinciment tal-Qorti favur tezi u mhux l-ohra, f'tali sitwazzjoni ma jibqax lecitughall-gudikant li jifforma opinjoni motivata fuq preponderanza ta' probabilitajiet. Jehtieglu jasal biss ghall-konkluzjoni li l-attur ma jkunx sodisfacentement u konkludentement ipprova t-talbiet tieghu. Actor non probante, reus absolvitur.

F'kawza civili l-attur li jallega li gratlu hsarab'tort tal-konvenut, irid jipprova huwa a sodisfazzjon tal-Qorti li l-konvenut kellu tort. Jekk l-attur ma jgibx din il-prova l-azzjoni tieghu ma jistax ikollha ezitu favorevoli (anke jekk il-konvenut ma jipprovax - ghaliex legalment ma hux obbligat li jipprova - li l-incident ikun gara b'tort tal-attur); dan mhux ghaliex it-tort ghall-incident jkun tal-attur, imma sempliciment ma jkunx irnexxielu jipprova dak li allega bhala bazi tal-azzjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info