Referenza: 178/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GALEA CHARLES DR NOE vs DI DONNA FRANCA PIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` RESIDENZA ORDINARJA - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JAGHMEL ZMIEN KONSIDEREVOLI F`DAR TA` L-ANZJANI QABEL MEWTU - LOKAZZJONI, PROVA TA` RESIDENZA - LOKAZZJONI, REGISTRU ELETTORALI BHALA PROVA TA` RESIDENZA
Fil-Qosor
Fid-definizzjoni provduta fil-Kap. 69 "kerrej", fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni, meta ma jhallix warajh armla jew armel, tinkludi "dawk il-membri tal-familja tal-kerrej li jkunu joqoghdu mieghu fiz-zmien tal-mewt tieghu".

Il-ligi tirrikjedi zewg rekwiziti konkorrenti biex persuna titlob b'success il-protezzjoni tal-Kap 69; cjoe li wiehed ikun membru tal-familja tal-inkwilin u li jkun jabita mieghu meta jmut.

Il-legislatur ma riedx li jgawdi mill-beneficcju tal-ligi specjali lil persuni li, ghalkemm membri tal-familja, ma kienux joqoghdu mal-kerrej. Il-Qorti tkun tizbalja jekk tirrikorri ghall-interpretazzjoni estensiva ta' dak li kellu fi hsiebu l-legislatur izda ghandha taghti lill-kliem espress tal-ligi s-sinifikat naturali u ordinarju tieghu. Din wara kollox hi l-ewwelu l-iprem regola tal-interpretazzjoni.

Huwa indiskuss li bniedem jista' jkollu aktar minn residenza wahda. B'danakollu l-interess tutelat fl-Artikolu 2 tal-Kap 69 jibqa' dak li r-residenza trid tkun dik ordinarja ta' min jinvoka l-protezzjoni tal-ligi purke wkoll ikun "joqghod mal-kerrej fiz-zmien tal-mewt tieghu". Ir-residenza ordinarja ma jaghmluhiex il-mobbli jew effetti ohra personalili wiehed ikollu jew ihalli fil-post u lanqas li ghal fini tar-Registru Elettorali jkun registrat fuq dak il-post. Dan ghaliex ir-Registru Elettorali jikkostitwixxi biss prova li trid tigi verifikata, li tista' tkun korroborattiva, izda mhux necessarjament u dejjem konklussiva.

Hu ovvju lidak illi l-ligi riedet tfisser hu li hi ma kellhiex fi hsiebha membru tal-familja li ma jkunx joqghod f'dak il-fond, imma kienet qed tivvizwalizza wiehed li jkun joqghod fih, u mhux band'ohra, u l-ligi qablet li dan il-membru ghandu jkun joqghod mal-kerrej u attwalment fil-fond de quo. Fi kliem iehor, il-konvivenza mal-kerrej giet imsemmija mil-ligi mhux ut sic, imma biex tirrendi l-kuncett li l-membru tal-familja jkun qed jippartecipa fil-godiment lokatizju tal-fond.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni