Referenza: 559/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/04/2000
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
WHELPDALE GEORGE ET NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Bir-rikors odjern ir-rikorrenti qed jallegaw ksur tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u tal-Artikolu 6tal-konvenzjoni Ewropea u dan bazikament peress li, dejjem skond it-rikorrenti, xhieda “indispensabbli” (George Farrugia u Franco Azzopardi) ma nstemghux mill-Qorti tal-Kummerc; kif ukoll peress li dawn l-istess xhieda anqas ma nsetmghu mill-Qorti ta' l-Appell li “iddecidiet il-meritu minghajr ma ddecidiet l-appell dwar il-provi li kienu gew vjetati mill-ewwel Qorti”. Ghalhekk, skond ir-rikorrenti, huma ma kellhomx “smigh xieraq” (“fair hearing”) f'dawn il-proceduri.

Fis-sentenza tas-16ta' Settembru, 1998 fil-kawza fl-ismijiet St. Paul's Court Limited v. L-Onorevoli Prim Ministru et.fir-rigward tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea - konsiderazzjonijiet li japplikaw egwalment ghan-nozzjoni ta' “smigh xieraq” skond l-Artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni - “In contrast with the othermore precise guarantees in Article 6(1), the right to a “fair hearing” has an open-ended, residualquality. It provides an opportunity for adding other specific rights not listed in Article 6 that are considered essential to a “fair hearing” and for deciding whether a “fair hearing” has occurred onthe particular facts of a given case when the proceedings are looked at as a whole” .

Element importanti tal-kuncett ta' “smigh xieraq” hu l-principju tal-parita` tal-armi tal-kontendenti, ossia li l-partijiet fil-kawza jkollhom l-istess opportunita` li jressqu l-kaz taghhom, bil-provi u b'sottomissjonijiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Dak li hu essenzjali hu li jkun hemm “a fair balance” f'dik li hi l-procedura applikabbli ghall-partijiet.

Il-fatt li qorti ma tippermettix il-produzzjoni ta' xhud, wiehed jew aktar, li parti tkun trid tipproduci ma jfissirx necessarjament li jkunhemm nuqqas ta' parita` ta' armi u, per konsegwenza, nuqqas ta' smigh xieraq. Fil-kaz Engels and others v. The Netherlands, deciz mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-8 ta' Gunju, 1976,dik il-Qorti rriteniet hekk: “.Notwithstanding the contrary opinion of the applicants, this provision does not require the attendance and examination of every witness on the accused's behalf. Its essential aim, as is indicated by the words “under the same conditions”, is a full “equality of arms” inthe matter. With this proviso, it leaves it to the competent national authorities to decide upon the relevance of proposed evidence insofar as is compatible with the concept of a fair trial which dominates the whole of Article 6.”. Huwa biss eccezzjonalment li qorti fuq livell kostituzzjonali jew tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem tintervjeni fuq id-diskrezzjoni tal-qrati ordinarji f'dik lihi l-ammissibilita` u/jew ir-relevanza ta' xhieda jew provi ohra.

Purche` li jkun hemm il-possibilita`, skond il-ligi, li parti tressaq il-kaz taghha b'mod li ma titqieghdx fi zvantagg sostanzjali fil-konfront tal-parti l-ohra, ikun hemm, bhala regola, il-parita` tal-armi. Jekk, minkejja dikil-possibilita`, xi xhieda jew provi ma jigux ammessi mill-qorti, wiehed ikun irid jezamina l-proceduri fit-totalita` taghhom biex jara kienx hemm “fair hearing”.

Fil-kaz de quo ir-rikorrentiGeorge Whelpdale u Dott. Tonio Farrugia kellhom l-opportunita` kollha, skond il-ligi, biex iressqul-kaz taghhom kemm quddiem il-Qorti tal-Kummerc kif ukoll quddiem il-Qorti ta' l-Appell. Huma ma kienu f'ebda zvantagg procedurali fil-konfront ta' De Haan. Ir-rikorrenti kellhom rimedju ordinarju ghall-ilment ta' nuqqas ta' smigh xieraq mill-Qorti tal-Kummerc li huma, pero`, ma utilizzawhx.

Ghaldaqstant, it-talba tar-rikorrenti giet michuda minn din il-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni