Reference: 1847/1999/1

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VINCENTI JOSEPH vs VINCENTI CONCETTA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - ADULTERJU - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - HABI TAL-GESTAZZJONI U TAT-TWELID
Summary
Ma jidhirx li jista' jkun hemm dubju, minn approfondiment tal-varji deposizzjonijiet tat-Titolu II -Sub-Titolu I tal-Kodici Civili li jitratta "fuq il-filjazzjoni ta' l-ulied imnisslin jew imwielda matul iz-zwieg", illi fil-gradwatorja tal-valuri l-ligi tipprivileggja l-paternita` legali, prezuntasa mill-ewwel disposizzjoni (Artikolu 67) ta' dan is-Sub-Titolu, fuq dik naturali. Difatti l-istessligi bil-hsieb li tivvalora lil paternita` naturali tiddetta certi kriterji li jridu jigu segwiti umharsa ghar-realizzazzjoni taghha, idealment fl-interess tal-minuri.

Wiehed minn dawn il-kriterji hu dak traccjat fl-Artikolu 70 ta' l-istess Kodici. Skond din in-normativa tal-ligi nsibu dixxiplinat b'mod organiku hafna il-kontestazzjoni ta' wiehed mill-presupposti tal-legittimita`. Dik,jigifieri, tal-paternita`. Azzjoni din akkordata lir-ragel biex jichad li jaghraf lit-tarbija imnissla matul iz-zwieg.

Is-subinciz (d) ghall-Artikolu 70(1) tal-Kapitolu 16 jipprovdi ghal azzjoni ta` denegata paternita ` jekk ir-ragel jipprova li fiz-zmien bejn it-tlett mitt jum u l-mija u tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel martu kienet ghamlet adulterju jew kienet hbiet it-tqala u t-twelid tat-tarbija, u barra minn hekk jipprova xi fatt iehor (li jista' ukoll ikunu testijiet u provi genetici u xjentifici) li x'aktarx jeskuldu dik il-paternita`.

Qari attent ta' din id-disposizzjoni ghandu jkun ovvju illi bl-uzu tal-preposizzjoni "jew" il-ligi tikkuntenta ruhha bil-prova ta' l-adulterju u ma hemmx ghalfejn jigu stabbiliti r-rikorrenzi l-ohra. Dawk cjoe, tal-habi tat-tqala utat-twelid tat-tarbija. Din il-prova ta' l-adulterju hi, imbaghad, subordinata ghad-dimostrazzjonita' fatti ohra nkonciljabbli mal-paternita` legali.

L-oneru ghalhekk li l-ligi timponi fuql-attur hi dik ta' l-adulterju. Adulterju veru u mhux is-semplici relazzjoni. Kif inghad, din il-prova legali ma hijiex esklussiva in kwantu l-ligi trid ukoll kontestwalment il-prova ta' xi fatt iehor konkomitanti li jeskludi l-paternita` attribwita lilu bl-att tat-twelid.

Tali fatt jista'jiehu s-sura ta' mankanza ta' rapporti sesswali bejn l-attur u martu fiz-zmien prossimu ghal koncepiment. Dan indipendentement mill-adulterju ammess mill-omm u mir-ragel li maghha kellha dan ir-rapport.

F'kazijiet bhal dawn kollox hu mholli fl-apprezzament ta' minn irid jiggudika fuq il-fatt fl-indagni biex tigi stabbilita l-fondament ta' l-azzjoni.

Il-prova xjentifika jew genetika mhix xi prova assoluta li trid issir ghas-success ta' l-azzjoni. Fil-fatt il-ligi stess tissuggeriha bhala wahda fost "fatti ohra". U allura mhix prova esklussiva. Ghalkemm meta tintalab u jkun hemm rifjut il-qorti tista' tittragga' minn dan l-atteggjament il-konkluzjonijiet li jidhriilha gustifikati (Artikolu 70(3)).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info