Reference: 392/1992/1

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT P.L. JOSEPH NOE vs PULIS LYDIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - OVERDRAFT FACILITIES, KAPITALIZZAZZJONI TA` IMGHAX FUQ PERIJODI TA` INQAS MINN SENA - PRECEDENT GUDIZZJARJU, SINJIFIKAT TA`
Summary
L-uzu kummercjali jippermetti li fil-kaz ta` ftuh ta` kont kurrent bank jista` jikkapitalizza l-imghaxijiet maturati minghajr ftehim precedenti u fuq perijodi li jkunu inqas minn dak ta` sena.

L-imghax ghandu jigi komputat b'din is-sistema sal-gurnata li jigi terminat il-kont kurrent jew ssiril-call in. Mal-kjuzura, l-imghax irid jigi kalkolat bis-sistema normali kif stabbilit fil-KodiciCivili.

Fiz-zmenijiet pjuttost recenti bdiet tigi ventilata l-veduta illi "l-kapitalizzazzjoni ma tistax issir aktar minn darba fis-sena, ghaliex l-uzu kummercjali ma jistax jidderoga ghar-regola fundamentali li teskludi l-anatocizmu, ghaliex altrimenti, il-kapitalizzazzjoni aktar frekwentitkun qeghda prattikament tikkonkretizza l-qliegh ta' interessi fuq interessi qabel ma dawn veramentjigu kapitalizzati skond il-ligi".

Issa l-Artikolu 1142 tal-Kodici Civili jiddisponi illi "l-imghaxijiet maghluqa jistghu jaghtu imghaxijiet ohra, sew bis-sahha tad-disposizzjonijiet ta' l-artikoli ta' qabel dan, minn dakinhar tat-talba gudizzjarja ghaldaqshekk jew bi ftehim li jsir wara li jaghlqu, basta, li f'kaz il-wiehed jew l-iehor, l-imghaxijiet ikollhom jinghataw ghal zmien ta' mhuxanqas minn sena";

L-uzu kummercjali in materja biddel dik il-parti ta' dan l-artikolu li tesigi talba gudizzjarja jew ftehim wara li jaghlqu l-interessi, fis-sens illi l-interessi generati minnkont kurrent bankarju jigu awtomatikament kapitalizzati annwalment minghajr il-bzonn ta' talba gudizzjarja jew ftehim li jintlahaq wara li taghlaq sena.

Sa recentement l-inklinazzjoni lejn veduta l-wahda jew l-ohra kienet, in subjecta materja, pjuttost fluwida. Jidher pero` minn decizjoni recensjuri tal-Qorti ta' l-Appell ("Bank of Valletta Ltd -vs- Anna's Trading Co. Ltd", 6 ta' Dicembru2002) illi l-posizzjoni giet firmata fis-sens illi din il-Qorti regghet irrivertiet ghall-posizzjoni li

fil-kuntratt tal-kont kurrenti l-interessi jimmaturaw ipso jure il ghaliex il-korrispondenti fil-kuntratt tal-kont kurrenti mhuwiex mutwanti, izda reciprokament mandatarji; kif ukoll li l-interessi jistghu jigu akkumulati fuq il-kapital wara zmien konvenut sabiex jikkostitwixxu kapitalgdid; kif ukoll li kull entrata tikkostitwixxi novazzjoni.

Ghalhekk "jista' jkun hemm kapitalizzazzjoni, anke minghajr konvenzjoni espressa (dejjem fil-materja tal-kuntratt tal-kont kurrenti) meta l-istess hija konsentita mill-uzi notorji u kostanti tal-kummerc ghall-perjodi ta' sitt xhur, tliet xhur , u anki mensili.";

Il-Qorti ghazlet li ssegwi din l-ahhar direttiva tal-principju stabbilit mill-Qorti ta' l-Appell, anke ghar-raguni illi kif jinsab evokat "il-principju illum hu lisentenza tal-Qrati Superjuri fuq punt ta' dritt ghandha per regola tigi segwita, ghalkemm ma hemm xejn obbligu preciz in propositu, pero` huwa wkoll stabbilit illi dan il-principju huwa car ghax diversament ikollok anarkija".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info