Referenza: 2395/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
TRABELSI EDWINA vs TRABELSI MOHAMMED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI - SEPARAZZJONI PERSONALI, SWAT
Fil-Qosor
Fil-kuntest ta` separazzjoni personali, certi fatti, kliem u modi ta' azzjoni jew atteggjamenti negattivi li jistghu jirrendu l-hajja komuni nsopportabbli huma ritenuti fid-dottrina bhala sevizji. Infatti, tant il-bniedem iraxxibbli u irruwenti, kif ukoll dak flemmatiku, malvagju jew depravat, jistghu t-tnejn fl-isferi taghhom ta' azzjoni jew inazzjoni, jirrendu l-hajja supplizju kontinwu.

Is-swat ma huwa tollerat fl-ebda grad. Il-kontinwita` tieghu imbaghad taghmel l-ezistenza ta' dakli jkun infern, li joffendu lill-persuna u jaggravaw il-konvivenza komunii gja difficli.

Filwaqt li kull xorta ta' vjolenza, fizika jew morali, hi element li jitfa' piz kbir ta' responsabiita`fuq min ikun jigi provat li kien hati li kkommettih, tifhem li l-grad ta' vjolenza seta' imbaghad ikun fattur determinanti biex ir-responsabilita` tat-tifrik taz-zwieg tigi esklussivament addebitata lil dik il-parti. U meta l-vjolenza u l-aggressjoni tkun tidher mill-atti illi tkun saret mod ta' hajja tant li tkun riflessa fil-karattru tal-persuna, ftit jibqghu difizi li jistghu jingiebu b'gustifikazzjoni ghal tali agir.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni