Reference: 446/1994/2

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
STIVALA FRANCIS NOE vs BORG HECTOR PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, APPALTATUR M`GHANDUX JACCETTA XOGHOL LI MA JKUNX TAL-KOMPETENZA TIEGHU - APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, META L-APPALTANT IQABBAD APPALTATUR IEHOR - KAZ FORTUWITU, ESKLUZJONI TA`
Summary
L-appaltatur, u dan jinkludi lis-sub-appaltatur u kull min jintraprendi bicca xoghol, hu obbligat uhu dejjem responsabbli li jaghti lill-appaltant opera sodisfacenti.

L-appaltatur ma hux mehlus mir-responsabilita` avvolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol. Huwa dmir l-appaltatur li jirrfjuta inkarigi li ma jkunux tal-kompetenza tieghu.

L-appaltatur ghandu l-obbligu wkoll li jarali dan ix-xoghol ikun sejjer isir utilment u mhux b'mod li l-quddiem juri difetti. F'kaz bhal dan hu ghandu mill-ewwel ma jaghmilx ix-xoghol jew ikollu jirrispondi ghad-difetti li jigru 'il quddiem.

Id-difetti fl-ezekuzzjoni ta' l-appalt ma jirrendux lill-appaltatur inadempjenti imma jaghtubiss id-dritt lill-appaltant li jitlob li dawk id-difetti jigu riparati meta d-difetti ma jkunux sostanzjali. Tali huma d-difetti, imsejhin ukoll essenzjali li jipprivaw il-haga mill-iskop jew l-utilita` taghha b'mod li ma tibqax tikkorrispondi ghad-destinazzjoni proposta mill-kommittent u ndikata minn natura stess tax-xoghol.

Jibqa' dejjem jimpera l-principju illi l-artefici ghandu jiggarantixxi l-bonta` tax-xoghol tieghu.

Ir-responsabilita` ma tipprexxindix mid-debita indagini ta' htija, li mhix prezunta, imma jehtiegilha tigi pruvata u li hi eskluza sew meta d-dfett ikun dovutghal forza magguri kemm meta jirrizultaw mehuda l-prekawzjonijiet soliti u adoperati d-diligenza ordinarja biex tigi assigurata l-bonta` tax-xoghol.

Il-kuncett ta' kaz fortuwitu, almenu ghal dak li jirrigwarda l-helsien mir-responsabilita` li tidderiva, ma jsehhx meta jikkonkorri l-fatt posittiv jew negattiv tal-bniedem.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info