Referenza: 1732/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MUSCAT MARY vs MUSCAT ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SEPARAZZJONI PERSONALI, ADULTERJU - SEPARAZZJONI PERSONALI, ADULTERJU - MHUX SKUZAT B`NUQQAS TA` KOMPRENSJONI JEW INKOMPATIBILITA` - SEPARAZZJONI PERSONALI, IL-QORTI TRID TARA L-EPISODJI SALJENTI TAL-HAJJA KONJUGALI U MHUX INCIDENTI MINURI - SEPARAZZJONI PERSONALI, INGURJA GRAVI - SEPARAZZJONI PERSONALI, INKOMPATIBILITA` TA` KARATTRU - SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI - SEPARAZZJONI PERSONALI, SWAT
Fil-Qosor
Il-ligi tqieghed bhala motivi li jiggustifikaw l-azzjoni l-episodji saljenti tal-hajja konjugali u mhux incidenti minuri.

Biex ikun hemm mohqrija jehtieg ikun hemm mhux xi att izolat ta' xi daqqa waqt xi tilwima imma l-persistenza f'certa mgieba hazina li turi li l-konjugi ma jisthux jkomplujghixu flimkien.

Jekk incident ta' swat ikun okkazjoni izolata ta' darba, xorta wahda dana majfissirx pero` li ma kienetx tirrizulta l-mohqrija u s-sevizzi meta dawn ikun abitwali jew almenu ripetuti tant illi jirrendu l-konvivenza impossibbli.

Certi fatti, kliem u modi ta' atteggjament jaghtu lok ukoll ghal mohqrija u sevizzi. Hija sevizja meta l-konvenut iqatta' s-santi ta' bintujew jcekken lil martu quddiem terzi. Lanqas ma huma tollerabbli mbaghad certi vie di fatto fuq martu. Dan fl-ebda grad, billi kif jinsab ritenut dawn "joffendu l-persuna li kontra taghha huma direti b'mod li jiggeneraw fiha dulur, ezacerbazzjoni u avversjoni profonda kontra l-konjugi li jkun hatitaghhom".

Fuq kollox, imbaghad, l-adulterju, konfessat minn dejjem gie meqjus bhala l-kawzali l-aktar gravi li ghaliha l-ligi tawtorizza s-separazzjoni personali.

Certament dan il-komportament ma jistax jigi skuzat bl-addebitu ta' l-inkompatibilita` tal-karattru. Dan il-motiv ma jistax jimmaskera l-fatt ta' l-adulterju u mgieba ta' indifferenza totali li tikkostitwixxi sevizja morali.

Anke jekk jigi koncess li kien hemm nuqqas ta' komprensjoni minn parti wahda fiz-zwieg,dan in-nuqqas ma huwa bl-ebda mod komparabbli mal-htija cara u lampanti ta' infedelta` manifesta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni