Reference: 15/2001

Judgement Details


Date
06/03/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
THE REPUBLIC OF MALTA vs STEVEN JOHN CADDICK, PHILLIP WALKER, OMISSIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DROGA, ASSOCCJAZZJONI - DROGA, TRAFFIKAR TA` - GURI, KIF IRID ISIR L-INDIRIZZ FINALI TA` L-IMHALLEF - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL
Summary
Indipendentement mill-mod maghzul mill-imhallef sabiex jaghmel l-indirizz finali lill-gurati, huwa jrid jassigura li d-difiza tigi spjegata lilhom b'mod xieraq. Il-mod kif dan isir mhux regolat b'regoli fissi. L-imhallef irid jispjega s-sustanza tad-difiza, dghajfa kemm hi dghajfa, hlief fejn l-akkuzat ma jkunx irnexxielu jiddisimpenja ruhu minn piz probatorju.

Filwaqt li kull akkuzat ghandu d-dritt li d-difiza tieghu, tkun xi tkun, tigi mqeghda quddiem il-gurija fedelment u akkuratament,dana ma jfissirx illi l-akkuzat huwa intitolat li din tigi recitata b'mod bland u minghajr kritika.Ebda akkuzat m'ghandu dritt jippretendi li l-imhallef jahbi mill-gurija dawk id-diffikultajiet u nuqqasijiet li jkunu apparenti fil-kaz tieghu. Evidentement, l-imhallef irid ikun imparzjali. Imma jekk is-sens komun u r-raguni juru li difiza partikolari hija mizghuda b'improbabilitajiet, inkonsistenzi u illogicitajiet, ma hemm l-ebda raguni ghalfejn l-imhallef ghandu jippriva lill-gurija mill-beneficcju tal-kapacitajiet logici u analitici tieghu.

L-imparzjalita` ma tfisser xejn iktar u xejn inqas milli li l-imhallef irid jesponi u janalizza l-kaz ghaz-zewg nahat b'mod xieraq. Il-gustizzja barra minn hekk tirrikjedi illi hu jassisti l-gurija sabiex tasal ghal konkluzjoni logika u ragunata fuq il-provi.

L-apprezzament tal-fatti huwa mholli lill-gurija u l-Qorti ta' l-Appell normalment ma tiddisturbax tali apprezzament, anki jekk forsi ma tkunx taqbel kompletament mieghu, jekkjirrizulta li l-gurija, adegwatament diretta mill-ewwel Qorti, lahqet il-verdett taghha b'mod legittimu u ragjonevoli. Fi kliem iehor, m'hijiex il-funzjoni tal-Qorti li tikkonsidera liema konkluzjonikienet ser tasal ghaliha hi li kieku kellha tevalwa l-provi prodotti in prim' istanza, izda li tarajekk fuq il-bazi tal-provi prodotti, il-gurija setghetx tilhaq tali verdett legittimament u ragjonevolment. Jekk il-verdett ikun regolari f'dan is-sens, il-Qorti ta' l-Appell ma tvarjahx.

Tahtil-ligi taghna, ir-reat ta' assoccazzjoni ma` terzi ghall-finijiet ta' traffikar ta' medicini perikoluzi jissussisti u huwa kompletat mill-mument li fih jigu kkumbinati jew miftehma l-mezzi, ikunu lijkunu, li bihom dawk il-persuni ghandhom jimxu. Mhux mehtieg illi l-persuni partecipanti fl-assocjazzjoni, jew uhud minnhom, jikkommettu xi atti ulterjuri intizi biex jitwettaq l-ghan komuni. Jekk minflok is-semplici ftehim kif premess ikun hemm bidu ta' ezekuzzjoni tar-reat intiz, jew tali reat jitwettaq, il-persuni involuti jistghu jigu akkuzati fuq il-bazi ta' l-assoccjazzjoni kif ukoll fuq il-bazi tar-reat attentat jew konsumat. Il-prova tar-reat konsumat mhux necessarjament tindika assoccjazzjoni precedenti, u dan ghaliex tnejn min-nies jew aktar jistghu kontemporaneament jiddeciedu li jittraffikaw fid-drogi minghajr ebda ftehim precedenti bejniethom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info