Reference: 484/1995/2

Judgement Details


Date
06/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GALEA RENATO vs GALEA SHARON NEE GIBSON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, MHUX KULL ZBALL TA` GUDIZZJU JAMMONTA GHAL DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ - ZWIEG, RELEVANZA TAL-PRINCIPJI ZVILUPPATI FID-DRITT KANONIKU - ZWIEG, SIMULAZZJONI
Summary
L-artikolu 19 (1)(c) ta' l-Att dwar iz-Zwieg jghid li zwieg ikun null "jekk il-kunsens ta' xi wahdamill-partijiet ikun inkiseb b'qerq dwar xi kwalita' tal-parti l-ohra li tista' mix-xorta taghha tfixkel serjament il-hajja mizzewwga".

Dina d-dispozizzjoni hi kwazi identika fil-formulazzjoni taghha ghall-Kanone 1098 tal-Kodici ta' Dritt Kanoniku vigenti u hu evidenti li d-dispozizzjoni fil-ligi taghna giet ispirata mill-istudji preparatorji u mill-abbozzi tal-Kodici Kanoniku gja' ezistentifl-1981, cjoe' qabel ma l-imsemmi Kodici gie effettivament promulgat.

L-artikolu 23 tal-Kap.255 ma huwiex ta' ostakolu li ssir referenza ghad-dottrina u l-gurisprudenza kanonika bhala fonti ta', u ghajnuna ghall-interpretazzjoni tad-dispozizzjoni in ezami, u dana bhalma l-fatt li ligijiet ta' pajjizi ohra ma humiex parti mill-ligi ta' pajjizna ma hux ta' ostakolu li ssir referenza ghal dawk il-ligijiet u ghall-gurisprudenza ta' dawk il-pajjizi ghall-finijiet ta' nterpretazzjoni tal-ligidomestika.

Il-qerq ravvizat fid-dispozizzjoni tal-Artikolu 19(1) c) jincidi direttament fuql-intellett ta' xi wahda mill-partijiet fiz-zwieg u ndirettament fuq il-volonta' tal-persuna ngannata. F'din id-dispozizzjoni, ghalhekk, dak li jintlaqat direttament mhux il-kunsens, izda l-intellett.

Biex tissussisti s-sitwazzjoni ravvizata fil-paragrafu in dizamina iridu jikkonkorru erba'affarijiet:-

a) il-qerq perpetrat bil-hsieb li wiehed jikseb il-kunsens tal-parti;
b) li il-qerq ikun incida fuq il-kunsens tal-parti;
c) li l-qerq ikun jirrigwarda xi kwalita' tal-partil-ohra; u
d) li din il-kwalita' tkun tista' mix-xorta taghha tfixkel serjament il-hajja mizzewga.

L-Artikolu 19 (1)(f) ta' l-Att dwar iz-Zwieg jipprovdi li zwieg ikun null:-

"jekkil-kunsens ta' xi wahda mill-partijiet ikun inkiseb bl-eskluzjoni pozittiva taz-zwieg innifsu, new ta' xi wiehed jew aktar mill-elemnti essenzjali tal-hajja mizzewga, jew tad-dritt ghall-att taz-zwieg".

Ma hemmx dubbju li l-legislatur Malti, meta fformula dana l-paragrafu, kellu quddiemu l-izvilupp gurisprudenzali u dottrinali fil-kamp tad-Dritt Kanoniku sal-1981, cjoe' meta l-artikolu 19 allura ezistenti fil-ligi taghna gie sostitwit bl-artikolu 19 vigenti illum. In fatti jekk wiehed jara l-inciz (2) tal-kanone 1101 tal-Kodici ta' Dritt Kanoniku promulgat sentejn wara dawk l-emendi fil-Kap. 255, wiehed isib li dan l-inciz hu kwazi identiku ghall-ligi taghna.

Hawn qeghdin fil-kamp tas-simulazzjoni, u cjoe' meta l-atti, gesti jew kliem esterni ma jikkorrispondux ghall-kunsensintern li jkun qed jinghata. L-awturi jitkellmu dwar consensus simulatus jew consensus fictus. Din is-simulazzjoni tista' tkun jew totali jew parzjali.

Tezisti simulazzjoni totali meta l-kontraent esternament ikun qed jaghmel atti li ma jkunux in konformi mal-volonta tieghu interna.

Is-simulazzjoni totali tezisti wkoll meta hemm inkluz element kuntrarju ghaz-zwieg. Ezempju ta' dan huwa meta bniedem jizzewweg ghal skopijiet personali differenti miz-zwieg. Wiehed jista' jizzewweg ghal ragunijiet personali u soggettivi (finis operantis et extraneus). Dawn ir-ragunijiet jistghu ma jikkoincidux ma dawk taz-zwieg innifsu (finis operis). Jekk iz-zewg motivi jikkoezistu ghaliex wahda ma teskludix lill-ohra allura m'hemmx simulazzjoni u tali zwieg huwa validu. Mill banda l-ohra jekk wiehed jizzewweg bil-hsieb ewlieni tal-motivi soggettivi tieghu ad eskluzjoni tal-motivi taz-zwieg innifsu allura dak iz-zwieg huwa null.

Fil-kaz ta' nullita' parzjali l-kontraent ma jkunx qed jeskludi z-zwieg innifsu fit-totalita' tieghu pero' jkun jeskludi wiehed mill-elementi essenzjali tieghu u b'hekk xorta wahda jirrendi l-istess zwieg null.

Fil-ligi taghna mkien ma nsibu elenkati x'inhuma l-elementi essenzjali tal-hajja mizzewwga pero' huwa principju rikonoxxut fis-socjeta' Maltija li z-zwieg kif nifmuh ahna ghandu a bazi tieghu l-element ta' esklussivita', cjoe' dik il-fedelta reciproka li l-partijiet jaghtu u jweghdu lil xulxin (Bonum Fidei).

Ghalhekk meta parti tidhol ghaz-zwieg tkun waqt il-hin tal-kunsens qeghda taghti lilha nnifisha lill-parti l-ohra u b'hekk qed teskludi relazzjonijiet ma' terzi persuni. Punti iehor li jrid jigi sollevat in ezami ta' danis-sub-inciz huwa li l-ligi titkellem dwar eskluzjoni pozittiva. Huwa accettat fil-Gurisprudenza taghna li sabiex jigi sodisfatt dan ir-rekwizit m'hemmx bzonn li tali eskluzjoni tkun wahda sfaccata, l-intenzjoni tal-eskluzjoni tista' tkun wahda percepibbli minn azzjonijiet impliciti. Gurisprudenza nostrana tammetti li hemm distinzjoni bejn id-dritt ghall-fedelta' u l-abbuz ta' dan id-dritt. Ghalhekk relazzjonijiet extra konjugali wara z-zwieg ma jikkontribwixxux wahedhom argument ghan-nullita'.

L-anqas ma jirrizulta f'nullita' meta wiehed mill-partijiet jiehu decizjoni wara z-zwieg lijnehhi jew jimmodifika d-dritt ghall-fedelta' gja' moghti fil-kunsens taz-zwieg. Minkejja dan, relazzjonijiet extra konjugali ghandhom jigu meqjusa bis-serjeta' ghaliex jistghu jkunu rizultat ta' kunsens limitat minhabba simulazzjoni parzjali.

Dak li jrid jigi ppruvat, sal-grad li trid il-ligi taghna fil-kamp civili, hu li fil-mument tal-ghoti tal-kunsens matrimoniali parti wahda jew it-tnejn kellha jew kellhom il-hsieb maghmul li ccahhad lill-parti l-ohra mid-dritt kif aktar 'l fuq imfisser ossia li tonqos mid-dover korrispondenti. Tali prova tista' ssir permezz ta' dikjarazzjonijietf'dan is-sens - basta li l-Qorti tqishom, fic-cirkostanzi kollha tal-kaz, li jkunu attendibbli, kifukoll minn cirkostanzi antecedenti, konkomittanti u sussegwenti ghall-ghoti tal-kunsens, cjoe' ghaz-zwieg.

L-artikolu 19(1)(d) ta' l-Att dwar iz-Zwieg jipprovdi li zwieg ikun null jekk "vizzjat b'difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju fuq il-hajja mizzewga jew fuq id-drittijiet u dmirijiet essenzjali taghha, jew b'anomalija psikologika serja li taghmilha mpossibbli ghal dik il-parti litaqdi l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg".

B'difett serju ta' diskrezzjoni, il-legislatur ma riedx ifisser semplicement kwalsiasi stat ta' mmaturita' li parti jew ohra fiz-zwieg tista'tkun fiha fil-mument li jinghata l-kunsens reciproku. Li kieku l-legislatur irrikjeda maturita' shiha u perfetta, ftit jew addirittura ebda zwieg ma kien ikun validu. In-nuqqas ta' discretio judicii hu kuncett guridiku ntrinsikament marbut mal-kapacita' ta' parti jew ohra fiz-zwieg li taghti l-kunsens liberu u xjenti taghha ghar-rabta taz-zwieg.

Illi kif jispjega Bersini, id-diskrezzjoni ta' gudizzju tikkonsisti f'zewg elementi distinti izda konkorrenti u interdipendenti: "la piena avvertenza e il deliberato consenso"

L-hekk imsejha piena avvertenza tirreferi ghall-isfera intellettiva, filwaqt li "il deliberato consenso" jirreferi ghal dik volittiva. Fi kliem ohra id-diskrezzjoni tal-gudizzju tikkomprendi maturita` ta` gudizzju u l-maturita` affettiva. Il-maturita` ta` gudizzju tikkomporta konoxxenza kritika proporzjonata ghall-att li jkun irid jitwettaq, ghall-obbligi essenzjali li jkunu jridu jigu assunti u ghad-doveri konjugali li jidderivaw minnhom projettati fil-futur. Il-maturita` affettiva tikkomporta generalment dik l-evoluzzjoni adegwata ta` l-istinti, ta' l-affetti, tas-sentimenti, ta' l-emotivita` li jekk ikunu mfixkla jew inadegwati jimminaw direttament il-volonta` u jistghu jipprivaw mix-xelta interjuri hielsa. B'hekk ikun hemm nuqqas ta' kunsens hieles (immaturita` affettiva) u ponderat (immaturita` tal-gudizzju).

Id-diskrezzjoni tal-gudizzjumhux daqstant mehtiega ghall-att fih innifsu fil-mument li jigi emess il-kunsens, izda ghall-impegni tal-futur. Ovvjament tinhtieg ponderazzjoni tal-impenji sostanzjali taz-zwieg u mhux tal-valur etiku religjuz, socjali, guridiku ekonomiku kollu tieghu, ghaliex inkella ftit ikunu jistghu jemettu kunsens validu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info