Referenza: 679/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MICALLEF CHARLES NOE vs MUSCAT NAZZARENA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA` - HAJT DIVIZORJU, DEMEL JEW HWEJJEG OHRA KORROZIVI JEW NIEDJA LI JMISSU MA` - HAJT DIVIZORJU, DEMEL JEW HWEJJEG OHRA KORROZIVI JEW NIEDJA LI JMISSU MA` - META TALI HWEJJEG KIENU PRE-EZISTENTI GHALL-HAJT
Fil-Qosor
L-Artikolu 419 (c) tal-Kodici Civili jipprovdi li "ebda wiehed mill-girien ma jista jqieghed demel jew hwejjeg ohra korrozivi jew niedja b'mod li jmissu mal-hajt komuni."

Huwa fatt li kwalunkwepersuna tista' tuza mid-dritt tal-proprjeta` taghha illimitatament; imma fl-istess hin limitatamentghad-drittijiet li ghandu haddiehor; u meta persuna tuza illimitatament mid-dritt ta' proprjeta` taghha, hija trid tiehu l-prekawzjoni li b'dak l-uzu ma tkunx titnissel kawza ta' dannu lil haddiehor;l-ghaliex il-principju 'nullo videtur dolo facere qui suo jure utitur', li jissanzjona li l-ezercizzju tad-dritt ta' persuna ma huwx suggett ghall-ebda restrizzjoni, isib il-limiti tieghu fil-fatt tal-bniedem jew id-disposizzjoni tal-ligi.

Jekk persuna tibni hajt divizorju fejn ikun hemm hamrija pre-ezistenti ma tistax tilmenta ruhha li l-gar taghha jkun qed ipoggi l-hamrija ma` dak il-hajt. Huwa d-dmir ta` min jibni hajt f`tali kondizzjonijiet li jaghmel dak li jista` biex jevita l-inkovenjent ghalih innifsu imma ma jistax igieghel lill-gar inehhi l-hamrija jew ifittxu ghad-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni