Reference: 284/1992/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FARRUGIA JOSEPH ET NOE vs SEYCHELL ALBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA MHUX NECESSARJAMENT TIMPLIKA AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI - LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET BIL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET TA` NATURA ZGHIRA U INSINIFIKANTI - LOKAZZJONI, ARJA TAL-FOND MIKRI GHANDHA TIGI ESKLUZA SPECIFIKAMENT SABIEX MA TIFFORMAX PARTI MILL-KIRJA - LOKAZZJONI, OBBLIGU TA` L-INKWILIN JINQEDA BIL-HAGA MIKRIJA BHALA MISSIER TAJJEB TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, OBBLIGU TA` L-INKWILIN JINQEDA BIL-HAGA MIKRIJA GHALL-UZU, MIFTIEHEM JEW PREZUNT DIPENDENTI MIC-CIRKOSTANZI
Summary
Meta ssir lokazzjoni ta' fond mhux mistenni li wiehed joqghod jippreciza l-ambjenti kollha esplicitament; kompriz allura l-bejt fejn jirrizulta access ghalih.

Effettivament skond it-taghlim dottrinali u gurisprudenzjali r-regola hi li jekk lokatur jaghti fond b'kiri minghajr ma jaghmillu limitazzjoni fis-sens illi l-kirja ma tinkludix l-arja tal-bejt ta' dak il-fond, l-inkwilin ghandu drittli juza dak il-bejt.

Biex l-obbligu tal-lokatur li jikkonsenja lill-kerrej anki l-bejt jigieskluz, jehtieg li jkun hemm stipulazzjoni kuntrarja.

L-ewwel obbligu primarju ta' l-inkwilinhu dak sancit mill-Artikolu 1554 tal-Kapitolu 16 li jiddetta li hu ghandu "jinqeda bil-haga mikrijabhala missier tajjeb tal-familja" u ghall-uzu, miftiehem jew prezunt dipendenti mic-cirkostanzi.

Hi enuncjazzjoni bosta drabi applikata u ben affermata illi l-obbligu ta` l-inkwilin li jinqedabil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja jeskludi kull utilizz li jista` jaghmel hsara lilsid il-kera.

Obbligu iehor daqstant importanti li l-ligi timponi fuq il-kerrej hu dak stabbilit bl-Artikolu 1564(1) tal-Kodici Civili li jissoggetta lill-kerrej li matul il-kirja ma jaghmel l-ebda tibdil fil-haga mikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera.

L-obbligu surreferit tal-ligi ma huwiex wiehed assolut. In effetti gie interpretat fis-sens li anke minghajr il-kunsens tas-sid il-kerrej jista' jaghmel modifikazzjonijiet purche jkunu parzjali, mhux ta' importanza kbira, ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-fond, ma jippregudikawx id-drittijiet tas-sid u meta dawn l-istess modifikazzjonijiet ikunu necessarji jew utili ghad-dgawdija tal-fond u l-fond jista' jigi represtinat kif kien qabel meta tispicca l-lokazzjoni.

Biex wiehed jara x'modifikazzjonijiet huma legittimijew le ghandu jhares lejn ic-cirkostanzi partikulari tal-kaz, u in partikolari lejn il-professjoni,arti jew sengha ta` l-inkwilin, lejn l-uzu li ghalih il-fond ikun ikkera, lejn il-kunsens espress jew prezunt ta` sid il-kera, u lejn l-epoka li fiha l-modifikazzjonijiet ikunu saru.

Certamentil-fakolta koncessa minn din id-duttrina u gurisprudenza ma tistax, u ma ghandhiex testendi ruhha sal-punt illi wiehed jaddotta l-haga mikrija mhux ghal veru bzonn izda ghal meru gost u sodisfazzjonital-passatemp tieghu.

Il-fatt li uhud mis-sidien kienu jafu dwar modifikazzjoni li tkun saret minghajr il-kunsens taghhom u li wiehed minnhom accetta l-kera minghand l-inkwilin la jammonta ghal kunsens u wisq anqas ghall-akkwiexxenza ta' dak li sar. Dippju, anke kieku kien hekk, dan il-fattma setax jivvinkola lil ko-sidien l-ohra ta' l-arja tal-bejt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info