Reference: 575/1999/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
D'AMATO MARICA vs D'AMATO PHILIP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, BIZA` REVERENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Summary
Jista` jinkiseb l-annullament ta` zwieg meta l-kunsens ikun inkiseb bi vjolenza, sew fizika sew morali, jew biza.

Din il-vjolenza trid tigi valutata minn dak dispost fl-Artikolu 978 tal-KodiciCivili, jigifieri jrid jintwera li l-attrici, qabel iz-zwieg, kienet assogjettata ghall-pressjoni gravi u ndebita. Vjolenza ghalhekk determinanti, ingusta u gravi. Fiz-zwieg, imbaghad, a differenzaminn kuntratti ohra, l-kwestjoni trid tigi ezaminata in relazzjoni ghal liberta` matrimonjali. Il-vjolenza ghalhekk trid tigi valutata mhux fuq is-semplici seduzzjoni wahda mill-partijiet izda fuq l-ipotesi li tali parti giet indotta ghaz-zwieg minhabba ragunijiet ta' pressjoni qawwija u insuperabbli. Ad exemplum, perkossi waqt l-gherusija jew mill-genituri jew il-minaccja li titkecca l-barra mid-dar, jew forom ta' xenati ingusti u determinanti.

Kwantu ghall-element tal-"biza" din tridtigi oggettivament analizzata mill-ottika ta' fatturi esterni li jokkorru fuq il-persuna. Il-biza trid tkun ta' gravita` essenzjali. Mhux bizzejjed ghalhekk ansjeta` gewwinija f'dak li jkun. Fil-fatt l-Artikolu 980 jippreciza li l-biza riverenzjali lejn il-genituri, axxendenti ohra jew lejn ir-ragel mhux bizzejjed biex jannullaw il-kuntratt, jekk ebda vjolenza ma tkun giet uzata.

Zwieg jista` jigi annullat jekk il-kunsens ta` wiehed mill-mizzewgin ikun inkiseb b'qerq dwar xi kwalita' tal-persuna l-ohra li tista' mix-xorta taghha tfixkel serjament il-hajja mizzewwga.

Skond il-ligi l-qerq ma jista' qatt ikun prezunt izda jehtieg jigi provat (Art 981 (2) tal-Kap 16).

Meta l-ligi titkellem "dwar xi kwalita` tal-persuna l-ohra wiehed jifhem dawk il-kwalitajiet li jikkaratterizzaw fost aspetti ohra l-personalita`, kultura, posizzjoni socjali, konvinzjonijiet morali, u edukazzjoni tal-konjugi l-iehor. Dan dejjem b'referenza ghall-mument taz-zwieg. U allura ma jistaxjittiehed qies ta' dik il-verita dwar dawn il-kwalitajiet skoperti wara z-zwieg.

Fil-kaz tahtkonsiderazzjoni ma gew pruvati l-ebda artifizji jew raggiri adoperati mill-konvenut anterjorment ghaz-zwieg li setghu ingannaw lill-attrici dwar xi kwalita' personali tieghu.

Zwieg jista` jigiannullat jekk il-kunsens ta` xi wahda mill-partijiet ikun affett minn difett serju ta' diskrezzjonita' gudizzju fuq il-hajja mizzewga jew fuq id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali taghha.

Hawnhekk gie ritenut li l-attrici kienet sukkuba tas-sitwazzjoni, impreperata u fi stat tali li ma rriflettietx sew fuq l-essenzjalita` taz-zwieg u tal-hajja mizzewga u ghalhekk kien hemm lok ghall-annullament taz-zwieg taht dan il-kap.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info