Reference: 1631/2000/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MUSCAT HENRY ET vs GRECH ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA TA` GHAXAR SNIN - SUPERFICIES SOLO CEDIT
Summary
L-Artikolu 2140 tal-Kodici Civili jipprovdi li persuna issir sid ta' haga immobbli li hi tkun kisbetb'titolu li jghaddi l-proprjeta' u li tkun zammet ghandha bhala sid, b'bona fidi u ghal zmien ta' mhux anqas minn ghaxar snin li jibdew jghaddu minn dak inhar li l-att li bih inholoq it-titolu jigi registrat fir-Registru Pubbliku. Huwa mehtieg li l-bona fidi, flimkien mal-pussess, ittul ghaz-zmienkollu li huwa mehtieg ghall-preskrizzjoni, izda n-nuqqas ta' bona fidi ta' possessur precedenti m'hijiex ta' hsara ghas-successur tieghu, ghalkemm iz-zmien tal-pussess b'mala fidi ma jintghaddx maz-zmien mehtieg ghall-preskrizzjoni.

Illi l-bona fidi tikkonsisti fil-fehma shiha li persuna hija tassew, jew temmen li hija tassew, sid il-haga li ghandha f'idejha. Din il-fehma trid titqies minn kif ic-cirkostanzi kienu jidhru f'ghajnejn il-persuna li ssejjah favuriha l-preskrizzjoni akkwizittiva. Kull dubju jew nuqqas ta' certezza f'persuna dwar il-pussess taghha tal-haga jitqies bhala c-cahda tal-bona fidi, bhalma daqstant iehor jitqies nieqes mill-bona fidi min imissu ragonevolment jintebah mic-cirkostanzi li l-haga li ghandu f'idejh hija ta' haddiehor. Min-naha l-ohra, il-bona fidihija prezunta sakemm ma jintweriex mod iehor minn min jallega l-mala fidi.

Element iehor mehtieg biex isejjes il-preskrizzjoni tal-ghaxar snin huwa l-pussess. Mhux kull pussess jghodd ghas-success ta' preskrizzjoni bhal din: irid ikun pussess li ma jaqtax, bil-miftuh, bla xkiel jew kundizzjonijiet minn haddiehor u, fuq kollox, irid ikun b'mod li l-pussessur jidher li qieghed izomm il-hagab'tieghu.

L-artikolu 323 tal-Kodici Civili, jtenni li min ghandu l-proprjeta' tal-art jitqies li ghandu wkoll dik tal-arja ta'fuqha u ta' dak kollu li jinsab fuq jew taht wicc l-art. Dan l-argument irid jitqies sewwa fid-dawl tac-cirkostanzi fejn proprjeta' ta' sid tkun mibnija taht proprjeta' li hija ta' sid iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info