Reference: 248/1989/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI BONAVENTURA SIVE BENNY vs CUSCHIERI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, ECCEZZJONI LI X-XOGHOL SAR FUQ INSISTENZA TA` L-APPALTANT - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - KUNTRATT, PATT KOMMISSORJU - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA - MORA, JINHTIEG ATT GUDIZZJARJU META MA JKUNX HEMM FTEHIM DWAR TERMINU - MORA, NUQQAS TA` FTEHIM DWAR ZMIEN META GHANDHA TITWETTAQ OBBLIGAZZJONI
Summary
Meta f'appalt ma jigix appost terminu ghall-ezekuzzjon, dan ifisser li allura l-appaltatur seta' jesegwieh f'kull zmien. Dejjem jekk ma jigix provat li gie kostitwit in mora. Dan ghaliex skond il-ligi taghna meta l-konvenzjoni ma tiffissax terminu ghal kompiment ta' l-obbligazzjoni assunta mhux bizzejjed biex id-debitur jigi dikjarat inadempjenti, imma jehtieg li jkun waqa' f'mora bil-kostituzzjoni tieghu ghal dak l-effett b'interpellazzjoni gudizzjarja da parte tal-kreditur. Dan jista' jigihekk rikavat mill-konfront tad-disposizzjonijiet kontenuti fl-Artikoli 1077, 1078 u 1130 tal-KodiciCivili.

Ittra legali ma kienetx tibbasta ghall-effett tal-kostituzzjoni in mora. Dan ghaliex fejn il-ligi tehtieg li interpellazzjoni ssir b`att gudizzjarju sabiex ikollha effett mhux lecituli interpellazzjoni verbali jew b`semplici ittra tkun bizzejjed.

Jekk appaltatur jaf li ma huwiex tas-sengha fix-xoghol ta' l-aperturi, kull insistenza jew pressjoni li seta' kien hemm mill-attur ma tistax tiskansah mir-responsabilita` gjaladarba huwa accetta li jahdem ix-xoghol. F'kaz bhaldan hu ghandu mill-ewwel ma jaghmilx ix-xoghol jew ikollu jirrispondi ghad-difetti li jigu 'l quddiem.

Huwa biss meta l-obbligazzjoni ma tkunx tista' aktar tigi ezegwita f'forma specifika illil-attur, kreditur ta' l-obbligazzjoni, jibqalu l-azzjoni ghad-danni.

Il-kuntratt ta' appalt huwa kuntratt bilaterali li huwa dejjem soggett ghal patt kommissorju tacitu. Konsegwentement meta d-difetti fl-ezekuzzjoni jkunu ppruvati, il-kriterju essenzjali tad-decizjoni jinsab fl-ezami, jekk ix-xoghol, kif jirrizulta, jkunx affett jew le minn vizji sostanzjali. Dawn huma dawk id-difetti, imsejhin ukoll essenzjali, li jipprivaw il-haga mill-iskop jew mill-utilita` taghha, b'mod li ma tibqax tikkorrispondi ghad-destinazzjoni proposta mill-kommittent u ndikata minn natura stess tax-xoghol,waqt li l-ohrajn kollha ghandhom jigu ritenuti mhux essenzjali. Meta d-difetti jkunu essenzjali l-kommittent ghandu d-dritt jitlob ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt minhabba l-inadempjenza. Meta ghal kuntrarju d-difetti ma jkunux sostanzjali l-appaltatur ma jistax jigi ritenut inadempjenti, pero` jibqa' obbligat li jirripara d-difetti jew jaccetta riduzzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info