Referenza: 24/1993/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ATTARD DORIS vs AZZOPARDI ANDREW SIVE HENRY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, DESTINAZZJONI TA` FOND HIJA DETERMINATA MILL-FTEHIM BEJN IL-PARTIJIET U MHUX MILL-AGIR UNILATERALI TA` WIEHED MINNHOM
Fil-Qosor
Il-punt centrali f'din il-kawza kien jittratta l-fatt dwar jekk il-fond okkupat mill-konvenut kienxjikkwalifika bhala r-residenza ordinarja tieghu jew bhala semplici villeggjatura.

Il-Qorti qieset li f'dan ir-rigward ghandha ssir distinzjoni bejn l-uzu u d-destinazzjoni tal-fond stipulati kontrattwalment, sija pure bi ftehim tacitu, u l-uzu jew destinazzjoni skond l-interess jew intenzjoniunilaterali ta' l-inkwilin. Sakemm iz-zewg kontraenti ma jkunux ftehmu fuq id-destinazzjoni ta' l-uzu tal-fond b'mod li jistabilixxu destinazzjoni esklusiva ghall-finijiet tal-kirja u c-cirkostanzi ma jkunux juru b'mod univoku li l-uzu kellu jkun ghal xi destinazzjoni partikolari, ma jistax jinghadli l-inkwilin ikun marbut li juza l-fond ghal skop wiehed biss u ma jkunx jista' jaghmel uzu diversminn dak li jkun beda jaghmel.

Il-ligi altru milli tinteressa ruhha mill-iskop tal-kirja, ul-Qorti ma tistax tinjora d-destinazzjoni principali intenzjonata jew l-uzu esklussiv pattwit u taccetta minflok l-istat ta' fatt mahluq bis-semplici intenzjoni unilaterali tal-kerrej. Din il-qaghda s'intendi tibqa' hekk sakemm ma jigix ukoll dimostrat bi prova kontrarja li dik id-destinazzjoni originarja partikolari miftehma giet imwarrba b'xi ftehim iehor, espress jew tacitu, intervenut bejn il-kontraenti infushom.

Hawn il-Qorti ma qablitx mal-principju stabilit f'sentenza precedenti fejn gie ritenut li l-ligi ma tharisx lejn l-iskop li ghalih tkun saret il-kirja imma lejn il-fatt tal-uzu. Il-Qorti f'din is-sentenza qieset li din fiha nifisha, u izolata mid-destinazzjoni kontrattatahi osservazzjoni perikoluza u taghti lok ghall-abbuzi, in kwantu tisfuggi mill-principji ben noti illi l-kuntratti maghmula skond il-ligi huma ligi ghal min jaghmilhom u ghandhom, fuq kollox, jigu esegwiti bil-bona fidi.

Madanakollu f'dan il-kaz partikolari l-Qorti kienet marbuta b'din l-interpretazzjoni li kienet inghatat f'kawza bejn l-istess partijiet u li allura kienet taghmel stat bejniethom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni