Reference: 122/1999/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE MARY vs C. FINO & SONS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA LI JIDDECIEDI PUNTI TA` DRITT - LOKAZZJONI, KWALSIJASI DUBJU FL-INTERPRETAZZJONI TAL-PATT LOKATIZZJU GHANDU JMUR FAVUR L-INKWILIN - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, SOPRASESSJONI TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA SAKEMM TIGI DECIZA KWISTJONI TA` DRITT MINN QORTI ORDINARJA - PROVA, META MIN JIPPREZENTA DOKUMENT SUSSEGWENTEMENT JATTAKKA L-VALIDITA` TIEGHU
Summary
Il-Bord tal-Kera, ghalkemm ghandu b'ligi kompetenza limitata, hu pero' kompetenti li jiddeciedi kwestjonijiet ta' dritt fejn id-decizjoni taghhom tkun necessarja ghad-decizjoni finali fuq l-oggett tal-kawza.

Minn naha l-ohra huwa veru wkoll li l-fatt li l-Bord jista' jiddeciedi kwestjonijietta' dritt ma jfisserx illi l-Bord, meta jidhirlu li hu fl-interess tal-kontendenti li l-kwestjoni tkun ventilata quddiem it-tribunali ordinarji biex tkun tista' aktar ewzrjentement tigi trattata ma jistax jissopprasjedi fuq dik il-kwestjoni sakemm tigi deciza mit-tribunali ordinarji.

Wiehed logikament jifhem illli meta tigi proposta azzjoni fuq dokument li fuqu dak li jkun irid isostni d-dritt tieghu u li minnu ikun irid jirrikava ezitu favorevoli ghal-obbjett tad-domanda tieghu, ma jkunxhu stess, imbaghad, li jsostni t-tezi kuntrarja, u alkwantu negattiva ghall-azzjoni tieghu, tas-soppressjoni, mutazzjoni jew alterazzjoni tal-veru.

Hi gurisprudenza konkordi, partikolarment f'materja ta' morozita`, illi fejn jezisti dubju fl-interpretazzjoni dak id-dubju ghandu jmur favur il-kerrej.

L-iskop tal-ligi mhux dak li tavvantaggja lis-sid b'mod li jkun jista' japprofitta ruhu minn kwalunkwe cirkostanza biex jippriva lill-inkwilin mit-tgawdija tal-haga lilu mikrija.

U ghalhekk meta hemm cirkostanzi li jiggustifikaw l-atteggjament tal-kerrej fin-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi tieghu skond il-ligi huwa ma jiddekadiex mid-dritt tieghu biex tigi imgedda l-lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info