Reference: 209/1996/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AZZOPARDI CARLO ET NOE vs RODENAS MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, IL-KAP. 158 JESKLUDI KULL LIGI OHRA F`KAZ TA` KIRJIET KOSTITWITI WARA ENFITEWSI TEMPORANEJA - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JAGHMEL ZMIEN KONSIDEREVOLI F`DAR TA` L-ANZJANI QABEL MEWTU - LOKAZZJONI, PERIJODU TA` HMISTAX-IL SENA STIPULAT FL-ART. 12(2)(I) TAL-KAP. 158 JAPPLIKA BISS GHAR-REVIZJONI TAL-KERA - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI AI TERMINI TAL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, TFAL MIZZEWGIN TA` L-INKWILIN MA JIKKWALIFIKAWX BHALA INKWILINI TAHT IL-KAP.158
Summary
Jidher car mill-Artikolu 10B ta' l-Att XXIII tal-1979 (Art 12 tal-Kap 158) illi l-legislatur ried lid-disposizzjonijiet ta' dak l-Artikolu jipprevalu fuq kull ligi ohra f'kaz ta' kuntratti ta' enfitewsi temporanja. Ghalhekk f'kaz ta' terminazzjoni ta' enfitewsi temporanja ta' fond maghmula favur cittadin Malti u li jkun jokkupah bhala r-residenza ordinarja tieghu, l-kera ghandu jkun kif stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10B u mhux kif stabbilt skond xi ligi ohr, bhal per ezempju, l-Kap. 69.

Naturalment dan appena rilevat jghodd ghall-aspetti ohra, kompriz ghalhekk min ghandu l-jedd jikkwalifika biex ikompli jokkupa l-fond wara l-mewt tal-'kerrej'.

Il-Qorti,f'din is-sentenza ta' importanza kbira fl-interpretazzjoni tal-Kap. 158, iddistakkat ruhha minn certi aspetti ta' l-interpretazzjoni li inghatat f'sentenzi precedenti lis-sub-paragrafu (1) ghall-Art 12(2) tal-Kap. 158.

Il-Qorti irriteniet li l-perjodu stabbilit ta' hmistax (15) il-sena li ghalih issir referenza fl-imsemmi Artikolu jirreferi unikament u 'ope legis' ghall-fattur ta' l-awmenttal-kera u mhux wkoll ghaz-zmien tal-kirja. Dan huwa inferit ukoll fil-kaz ta' enfitewsi temporanjata' aktar minn tletin (30) sena li tigi konvertita, skond subinciz (4) ghall-Art 12, f'wahda perpetwa. Hemm ukoll jissemma l-perjodu ta' hmistax (15) il-sena ghar-rigward taz-zieda fir-rata tac-censli trid tithallas. Eppure l-enfitewsi tibqa', kif mil-ligi konsidrata, bhala wahda perpetwu u mhuxwahda ghall-perjodu ta' hmistax (15) il-sena rinnovabbli kull meta jaghlaq dan il-perijodu.

In oltre l-Qorti sostniet li ma setghetx tapprezza li jekk si tratta ta' zmien, dan hu fakoltativ ghall-kerrej izda mhux ukoll ghas-sid. Tali differenzjazzjoni ma nsibuha fl-ebda disposizzjoni tal-ligi. Anzi kif muri f'gurisprudenza affermata biex kirja tista' tispicca "hu mehtieg il-manifestazzjoni ta' volonta' kontrarja da parte tal-wiehed jew tal-iehor". Li jfisser li z-zewg partijiet, sid ukunduttur, huma koncessi l-istess fakolta, u mhux wiehed jista' u l-iehor, le.

Il-kirja subentrata ghac-cens pre-ezistenti ma ghandhiex, fl-ebda zmien, titqies assoggettata ghad-disposizzjonijiet tal-Kap 69. Dan ma huwa dezunt minn imkien mill-Kap 158 u mhux sewwa li wiehed jassumih xort'ohra meta "ir-ratio legis" wara l-introduzzjoni mill-legislatur tal-Kap 158 kien proprju dak li jirregolamenta l-kazijiet partikolari tal-kuntratti tal-enfitewsi u jikkreja hu l-kirja, u mhux bil-volonta' tal-partijiet, fil-parametri specjali ta' dan il-kap. U taht dan biss u mhux ukoll taht xi ligiohra. Li kieku kien mod iehor ma kienx ikollu ghalfejn il-legislatur jintroduci tifsira gdida lil kelma "kerrej" minn dik stabbilita fil-Kap 69. Tifsira din li hi wkoll allaccjata mal-fatt tar-residenza mal-kerrej fi zmien mewtu jew mewtha. Il-fatt li l-legislatur ghamel dan juri ghal kuntrarju li ried jiddistakka din il-ligi specjali (Kap 158) minn dik l-ohra (Kap 69).

Jekk allura l-kirja, wara l-mewt tal-inkwilin originali, tintiret minn ibnu taht id-disposizzjonijiet generali tal-Kodici Civili u jekk dan ma jkunx protett taht il-Kap. 158, is-sid, seta' jikkongedah biex b'hekk tigililu mpeduta l-propagazzjoni tal-kirja. Dan kif previst mill-Artikolu 1568 tal-Kodici Civili.

Iben mizzewweg, ghalkemm separat, ma kienx jikkwalifika ghall-finijiet tal-Artikolu 12 bhala kerrej skond l-interpretazzjoni moghtija lil din il-kelma bl-Artikolu 2 tal-Kap 158 u in kwantu dik proprjament tinkludi biss ulied il-kerrej li ma jkunux mizzewwga, u mhux ukoll l-ulied mizzewga. Hawn ukoll il-Qorti iddipartiet mill-interpretazzjoni moghtija minn gurisprudenza precedenti fejn gie ritenut illi l-kliem "li ma jkunux mizzewga" qeghdin jirreferu ghal "hu" jew "oht" il-kerrej u mhux ghat-tfal.

Kerrej li jkun rikoverat, ghar-ragunijiet ta' sahha, f'istitut, sptar jew ma' membri tal-familja, ma jigix li b'daqshekk hu jkun abbanduna jew irrinunzja ghad-dritt tal-inkwilinat fir-rigward tal-fond lokat lilu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info