Referenza: 1012/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FOGG INSURANCE AGENCIES LIMITED NOE vs TABONE PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA` - IMGHAX, FORMA TA` L-INTERPELLAZZJONI MEHTIEGA - IMGHAX, JIBDA JIDDEKORRI MIN-NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI META L-AMMONT MITLUB HUWA LIKWIDAT - IMGHAX, KOMPUTAZZJONI META L-AMMONT LIKWIDAT IKUN INQAS MINN DAK MITLUB - IMGHAX, META L-AMMONT MITLUB IKUN LIKWIDU, CERT U DETERMINAT - IMGHAX, SEJHA GHALL-HLAS B`ATT GUDIZZJARJU - KOLLIZJONI, META SEWWIEQ JOSTAKOLA L-KARREGGJATA TA` SEWWIEQ IEHOR - KOLLIZJONI, META ZEWG VETTURI JIPPROVAW JIDHLU FL-ISTESS TRIQ SEKONDARJA
Fil-Qosor
Sewwieq ta` vettura li johloq emergenza subitanea billi jostakola l-karreggjata ta` haddiehor ikun responsabbli ghall-eventwali incident. Tali sewwieq ma jistax jehles mir-responsabilita` tieghu semplicement billi jghid illi s-sewwieq l-iehor x`aktarx ma rahx.

Hawnhekk l-attur u l-konvenut kienu qed isuqu fi triq principali f'direzzjonijiet opposti. It-tnejn riedu jidhlu fi triq sekondarjali kienet fuq ix-xellug tal-karreggjata li fiha kien qed isuq l-attur. Il-konvenut ittanta li jidholl-ewwel u ghamel manuvra azzardata billi qasam ghal gol-karreggjata ta' l-attur sabiex jidhol fit-triq sekondarja. Il-konvenut waqaf f'sabta meta induna li ma kienx hemm bizzejjed spazju minn fejn jidhol u b'hekk imblokka t-triq ta' l-attur u sehhet il-kollizjoni.

In tema ta' kompensazzjonita' danni l-attur ghandu kemm jista' jkun jigi mqieghed fil-posizzjoni li hu kien ikollu kieku ma gietx kagjonata l-hsara.

Jekk id-danneggjat ghandu d-dmir li jaghmel dak kollu li hu ragjonevoli biex inaqqas il-hsara u li jiehu l-mizuri kollha biex jimmitiga t-telf li jkun garrab daqstant iehor mhuwiex obbligat li jitghabba b'pizijiet biex jirreduci l-hsara.

Il-kwestjoni ta' x'inhuragjonevoli li jaghmel id-danneggjat biex jimmitiga l-hsara hi kwestjoni ta' fatt li ghandha tigi konsidrata fic-cirkostanzi ta' kull kaz partikolari u l-oneru tal-prova f'dan ir-rigward specifiku jaqa' fuq il-konvenut.

Meta avviz jikkontjeni talba specifika ghal somma determinata, jibda jiddekorri l-imghax fuq tali somma.

Il-fatt li l-Qorti tkun irriduciet l-ammont ma jfisserx li l-interessi ma jibdewx ukoll jghaddu minn dakinhar tar-rikjam tas-somma hekk ridotta. Il-Qorti ma tkun llikwidat l-ebda ammont b'mod li tigi applikata l-massima "in illiquidis non fit mora".

L-imghaxijiet jiddekorru min-notifika ta` l-avviz u mhux mid-data tal-introduzzjoni tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni