Referenza: 170/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
TOPSERV LTD vs VELLA EDWIN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, EXTRA WORKS - APPALT, META L-APPALTATUR JABBANDUNA X-XOGHOL - APPALT, VARJAZZJONIJIET - APPALT, ZIEDA FIL-PREZZ TA` MATERJALI JEW HADDIEMA - PROVA, META HUWA MEHTIEG PERIT TEKNIKU
Fil-Qosor
Meta f'kuntratt ta` appalt ma jkunx hemm ftehim fuq il-prezz tax-xoghlijiet extra tkun certament tinhass il-htiega li l-Qorti tghaddi ghan-nomina ta' perit tekniku biex jassistiha tillikwida l-prezz gust. Kwistjoni din li tirreduci ruhha wkoll ghal kwistjoni ta' fatt u ta' provi.

L-Artikolu1639 tal-Kodici Civili. Liema artikolu hekk jiddisponi:-

"L-appaltatur li jintrabat li jtella' bini, jew xoghol iehor kbir, skond pjanta stabbilita u miftehma ma' min tah ix-xoghol, ma jista'jitlob ebda zieda fil-prezz, minhabba li jkun zdied il-prezz tal-haddiema jew tal-materjali, jew minhabba li fil-pjanta ikun sar xi tibdil jew zieda, li ma jkunux gravuzi ghalih".

A contrariu sensu jfisser, dejjem attiz li x-xoghol miftiehem ikun ta' entita' kbira, jekk it-tibdil ikun gravuzjew pregudizzjevoli ghall-appaltatur dan jista' u ghandu dritt jitlob zieda fil-prezz. Din hi disposizzjoni eccezzjonali u taghmel sens tenut rigward tat-telf kbir li jista' jigi subit f'dawn il-kazijiet ta' xoghol kbir.

Anki meta x-xoghol appaltat jitqies "kbir" li ghalih kien ekwament japplika l-Artikolu 1639 Kap 16 l-appaltatur ikun intitolat ghal zieda fil-prezz izda l-appaltatur mhuxintitolat li jabbanduna xoghol li ndahal ghalih skond it-termini u kondizzjonijiet pattwiti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni