Reference: 1226/2001/1

Judgement Details


Date
23/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BORG JOSEPHINE ET vs BIANCO JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI DECENNALI FIL-KAZ TA` AZZJONI LI TIRRIGWARDA GID LI GEJ MINN WIRT - UZUFRUTT, AZZJONI SABIEX JITHALLSU FROTTIJIET LI JITNISSLU MINN HWEJJEG SOGGETTI GHAL
Summary
L-Artikolu 845(1) tal-Kodici Civili jipprovdi li "L-azzjoni biex jintalab wirt, jew legat, jew legittima, jew is-sehem tal-beni li l-ligi taghti lit-tfal illegittimi jew lil zewg jew mart il-mejjet, sew fis-successjonijiet b'testment kemm ukoll f'dawk ab intestato, tispicca bl-eghluq ta' ghaxar sninmill-ftuh tas-successjoni."

Mhux kull azzjoni li tirrigwarda gid li gej minn wirt taqa' tahtiz-zmien preskrittiv tal-artikolu 845. Wiehed irid jaghraf bejn azzjoni ghas-sehem fil-wirt (petitio hereditatis) u azzjoni dwar gid li kien jaghmel minn wirt, bhal fil-kaz ta' azzjoni ghall-qasma ta' gid komuni mnissel minn wirt. L-istess jinghad dwar xi ghamla ta' azzjoni li timmira ghal xi aspett partikolari tal-process tal-likwidazzjoni jew tmexxija ta' gid f'wirt.

Iz-zmien preskrittiv mahsub fl-artikolu 845 gie mfisser bhala wiehed preskrittiv u mhux ta' dekadenza, u ghandu minn zmien ta' preskrizzjoni akkwizittiva. Il-principju li fuqu huwa mibni l-imsemmi artikolu huwa dak li jwaqqaf kawzi ta' wirt jew sehem minn wirt kontra min, ghaz-zmien ta' ghaxar snin, ikun zamm f'idejh bhala sid il-gid tal-wirt jew ta' dik il-parti li dwarha titmexxa kontrih l-azzjoni ereditarja.

Madankollu u b'effett dirett tan-natura essenzjali tal-preskrizzjoni mahsuba f'dak l-artikolu,inghad li persuna li ma zzommx ghandha hwejjeg jew assi minn wirt bhala taghha, ma tistax tressaq favuriha l-preskrizzjoni tal-ghaxar snin tal-petitio hereditatis li dwarha jitkellem l-artikolu tahtezami. Dan ifisser li eccezzjoni bhal dik ma tistax titqajjem minn min ikun ezekutur testamentarjujew amministratur ta' wirt jew ikun azzjonat f'dik il-kwalita'.

Filwaqt li m'hemm l-ebda dubju li l-uzufruttwarju huwa legatarju, it-talba ta' uzufruttwarju biex jithallas il-frottijiet li jitnisslu mill-hwejjeg tal-wirt milquta bil-legat tieghu ma tistax titqies bhala talba ghat-tqeghid fil-pussess tal-legat, liema pussess huwa implicitu fit-talba nnifisha ghall-hlas tal-imsemmija frottijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info